|
+Artikolu 11 2. |
Artikolu 11 2.Pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a)
deskrizzjoni tal-proċess ta’ tranżizzjoni fil-livell nazzjonali lejn ekonomija newtrali għall-klima, inkluż skeda ta’ żmien tal-passi ta’ tranżizzjoni ewlenin lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija u l-klima u ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 li huma konsistenti mal-aħħar verżjoni tal-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima;
(b)
ġustifikazzjoni għall-identifikazzjoni tat-territorji bħala l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta’ tranżizzjoni imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u li għandhom jiġu appoġġati mill-JTF, skont il-paragrafu 1;
(c)
valutazzjoni tal-isfidi ta’ tranżizzjoni ffaċċjati mit-territorji identifikati milquta l-aktar ħażin, inkluż l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, li tidentifika l-għadd potenzjali ta’ impjiegi milquta u t-telf ta’ impjiegi, ir-riskji ta’ depopolazzjoni, u l-ħtiġijiet u l-objettivi ta’ żvilupp, li jridu jinkisbu sal-2030 u marbuta mat-trasformazzjoni jew l-għeluq ta’ attivitajiet b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra f’dawk it-territorji;
(d)
deskrizzjoni tal-kontribut mistenni tal-appoġġ tal-JTF biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali, demografiċi, ekonomiċi, tas-saħħa u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, inkluż il-kontribut mistenni f’termini ta’ ħolqien u preservazzjoni tal-impjiegi;
(e)
valutazzjoni tal-konsistenza tiegħu ma’ strateġiji u pjanijiet rilevanti nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra;
(f)
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ governanza li jikkonsistu fl-arranġamenti ta’ sħubija, il-miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni ppjanati u l-korpi responsabbli;
(g)
deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjonijiet previsti u l-kontribut mistenni tagħhom biex jittaffa l-impatt tat-tranżizzjoni;
(h)
fejn għandu jingħata appoġġ lil investimenti produttivi f’intrapriżi għajr l-SMEs, lista indikattiva tal-operazzjonijiet u l-intrapriżi li għandhom jiġu appoġġati u ġustifikazzjoni tan-neċessità ta’ tali appoġġ, inkluż permezz, fejn meħtieġ għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, ta’ analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta’ impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta’ impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment;
(i)
fejn għandu jingħata appoġġ lill-investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, lista ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u ġustifikazzjoni li dawn jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u jwasslu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jinżlu taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE u sakemm dawn l-operazzjonijiet ikunu meħtieġa għall-protezzjoni ta’ għadd sinifikanti ta’ impjiegi;
(j)
sinerġiji u komplementarjetajiet ma’ programmi rilevanti oħra tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ żvilupp identifikati; u
(k)
sinerġiji u komplementarjetajiet mal-appoġġ ippjanat mill-pilastri l-oħra tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|