+Artikolu 11 Il-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.

Artikolu 11 Il-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
L-Istati Membri għanhom iħejju, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti tat-territorji kkonċernati, pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta wieħed jew aktar li jkopru territorju wieħed effettwat jew aktar li jikkorrispondu għar-reġjuni tan-NUTS livell 3, jew partijiet minnu, f’konformità mal-mudell stipulat fl-Anness II. Dawk it-territorji għandhom ikunu dawk l-aktar milquta ħażin, fuq il-bażi tal-impatti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-adattament tal-ħaddiema jew tat-telf mistenni ta’ impjiegi fil-produzzjoni u l-użu tal-fjuwil fossili u l-ħtiġijiet ta’ trasformazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni ta’ faċilitajiet industrijali bl-ogħla intensità ta’ gassijiet serra.
Artikolu 11 2.

Pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni tal-proċess ta’ tranżizzjoni fil-livell nazzjonali lejn ekonomija newtrali għall-klima, inkluż skeda ta’ żmien tal-passi ta’ tranżizzjoni ewlenin lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija u l-klima u ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 li huma konsistenti mal-aħħar verżjoni tal-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima;

(b) 

ġustifikazzjoni għall-identifikazzjoni tat-territorji bħala l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta’ tranżizzjoni imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u li għandhom jiġu appoġġati mill-JTF, skont il-paragrafu 1;

(c) 

valutazzjoni tal-isfidi ta’ tranżizzjoni ffaċċjati mit-territorji identifikati milquta l-aktar ħażin, inkluż l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, li tidentifika l-għadd potenzjali ta’ impjiegi milquta u t-telf ta’ impjiegi, ir-riskji ta’ depopolazzjoni, u l-ħtiġijiet u l-objettivi ta’ żvilupp, li jridu jinkisbu sal-2030 u marbuta mat-trasformazzjoni jew l-għeluq ta’ attivitajiet b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra f’dawk it-territorji;

(d) 

deskrizzjoni tal-kontribut mistenni tal-appoġġ tal-JTF biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali, demografiċi, ekonomiċi, tas-saħħa u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, inkluż il-kontribut mistenni f’termini ta’ ħolqien u preservazzjoni tal-impjiegi;

(e) 

valutazzjoni tal-konsistenza tiegħu ma’ strateġiji u pjanijiet rilevanti nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra;

(f) 

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ governanza li jikkonsistu fl-arranġamenti ta’ sħubija, il-miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni ppjanati u l-korpi responsabbli;

(g) 

deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjonijiet previsti u l-kontribut mistenni tagħhom biex jittaffa l-impatt tat-tranżizzjoni;

▼M2

(h) 

fejn għandu jingħata appoġġ lil investimenti produttivi f’intrapriżi għajr l-SMEs, lista indikattiva tal-operazzjonijiet u l-intrapriżi li għandhom jiġu appoġġati u ġustifikazzjoni tan-neċessità ta’ tali appoġġ, inkluż permezz, fejn meħtieġ għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, ta’ analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta’ impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta’ impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment;

(i) 

fejn għandu jingħata appoġġ lill-investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, lista ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u ġustifikazzjoni li dawn jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u jwasslu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jinżlu taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE u sakemm dawn l-operazzjonijiet ikunu meħtieġa għall-protezzjoni ta’ għadd sinifikanti ta’ impjiegi;

▼B

(j) 

sinerġiji u komplementarjetajiet ma’ programmi rilevanti oħra tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ żvilupp identifikati; u

(k) 

sinerġiji u komplementarjetajiet mal-appoġġ ippjanat mill-pilastri l-oħra tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta.

Artikolu 11 3.
It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta għandhom jinvolvu lill-imsieħba rilevanti f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u, fejn rilevanti, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment.
Artikolu 11 4.
Il-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji territorjali rilevanti msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u mal-istrateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti rilevanti, l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Meta l-aġġornament ta’ pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 ikun jirrikjedi reviżjoni tal-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta, dik ir-reviżjoni għandha titwettaq bħala parti mir-rieżami ta’ terminu medju f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Artikolu 11 5.
Meta l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu użu mill-possibbiltà li jirċievu appoġġ taħt il-pilastri l-oħra tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta, il-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta tagħhom għandhom jistabbilixxu s-setturi u l-oqsma tematiċi previsti li għandhom jiġu appoġġati taħt dawk il-pilastri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.09.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.