|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.L-Impriża Konġunta għandu jkollha l-objettivi ġenerali li ġejjin:
(a)
tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/695 u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, biex tħalli impatt xjentifiku, ekonomiku, ambjentali, teknoloġiku u soċjetali mill-investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, b’tali mod li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni, twettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni u tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi u jitwettqu l-politiki tal-Unjoni, u biex tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, inkluż l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli billi jiġu segwiti l-prinċipji tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima ( 2 );
(b)
tiżviluppa kooperazzjoni msaħħa u tiżgura l-koordinazzjoni ma’ Sħubiji Ewropej oħra, inkluż permezz ta’ sejħiet konġunti, kif ukoll tfittex li tikseb sinerġiji ma’ attivitajiet u ma’ programmi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, b’mod partikolari ma’ dawk li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi, l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali, fejn rilevanti;
(c)
tiżviluppa, timplimenta, testendi u żżomm fl-Unjoni infrastruttura tas-supercomputing u tad-data tal-ogħla klassi, integrata, orjentata lejn id-domanda u mmexxija mill-utenti;
(d)
tiffedera l-infrastruttura iperkonnessa tas-supercomputing u tad-data u toħloq interkonnessjoni bejn din u l-ispazji tad-data u l-ekosistema tal-cloud Ewropej għall-provvista ta’ servizzi tal-computing u tad-data lil firxa wiesgħa ta’ utenti pubbliċi u privati fl-Ewropa;
(e)
tippromwovi l-eċċellenza xjentifika u tappoġġa l-adozzjoni u l-użu sistematiku tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni ġġenerati fl-Unjoni.
(f)
tkompli tiżviluppa u tappoġġa ekosistema ferm kompetittiva u innovattiva tas-supercomputing u tad-data mifruxa b’mod wiesa’ fl-Ewropa li tikkontribwixxi għat-tmexxija xjentifika u diġitali tal-Unjoni, li tkun kapaċi tipproduċi b’mod awtonomu teknoloġiji u arkitetturi tal-computing u l-integrazzjoni tagħhom f’sistemi ewlenin tal-computing, u applikazzjonijiet avvanzati ottimizzati għal dawn is-sistemi;
(fa)
tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fundamentali u applikati mill-aktar avvanzati fit-teknoloġiji kwantistiċi, it-tranżizzjoni tagħhom mil-laboratorju għall-fabbrika, u l-implimentazzjoni, l-adozzjoni u l-integrazzjoni tagħhom f’infrastrutturi kwantistiċi ta’ klassi dinjija, għall-bini ta’ ekosistema kwantistika dinamika, innovattiva, sostenibbli u reżiljenti madwar l-Unjoni, u għall-iżgurar tat-tmexxija xjentifika u industrijali, tal-kompetittività, tal-awtonomija strateġika u tas-sovranità teknoloġika tal-Unjoni fil-computing, fil-komunikazzjoni u fir-rilevament kwantistiċi;
(g)
twessa’ l-użu tas-servizzi tas-supercomputing u l-iżvilupp ta’ ħiliet ewlenin li jeħtieġu x-xjenza u l-industrija Ewropej;
(h)
l-iżvilupp u l-operat tal-fabbriki tal-IA, u l-appoġġ għall-istabbiliment ta’, u l-aċċess għal, gigafabbriki tal-IA u s-servizzi tagħhom, bil-ħsieb li tinbena ekosistema tal-IA dinamika, innovattiva, sostenibbli u reżiljenti madwar l-Unjoni, u l-iżgurar ta’ tmexxija xjentifika u industrijali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|