+Artikolu 3 Missjoni u objettivi
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.

Artikolu 3 Missjoni u objettivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
Il-missjoni tal-Impriża Konġunta għandha tkun li tiżviluppa, timplimenta, testendi u żżomm fl-Unjoni ekosistema tal-infrastruttura tas-supercomputing, tal-computing kwantistiku, tas-servizzi u d-data, li hija minn ta’ quddiem fid-dinja, federata, sigura, interoperabbli u iperkonnessa. Hija għandha tappoġġa l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ sistemi tas-supercomputing u sistemi u teknoloġiji kwantistiċi innovattivi u kompetittivi orjentati lejn id-domanda u mmexxija mill-utent u l-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet ottimizzati għal dawk is-sistemi. Dan għandu jkun ibbażat kemm jista’ jkun fuq katina tal-provvista Ewropea sabiex jiġi limitat ir-riskju ta’ tfixkil u dipendenzi u jissaħħu l-awtonomija strateġika u s-sovranità teknoloġika tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat l-użu tal-aħjar komponenti, teknoloġiji u għarfien. Barra minn hekk, hija għandha twessa’ l-użu ta’ dik l-ekosistema tal-infrastruttura għal għadd kbir ta’ utenti pubbliċi u privati u tappoġġa t-tranżizzjoni doppja u l-iżvilupp tal-ħiliet ewlenin għall-forza tax-xogħol Ewropea fix-xjenza u l-industrija.
Artikolu 3 2.

L-Impriża Konġunta għandu jkollha l-objettivi ġenerali li ġejjin:

(a) 

tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/695 u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, biex tħalli impatt xjentifiku, ekonomiku, ambjentali, teknoloġiku u soċjetali mill-investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, b’tali mod li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni, twettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni u tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi u jitwettqu l-politiki tal-Unjoni, u biex tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, inkluż l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli billi jiġu segwiti l-prinċipji tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima ( 2 );

(b) 

tiżviluppa kooperazzjoni msaħħa u tiżgura l-koordinazzjoni ma’ Sħubiji Ewropej oħra, inkluż permezz ta’ sejħiet konġunti, kif ukoll tfittex li tikseb sinerġiji ma’ attivitajiet u ma’ programmi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, b’mod partikolari ma’ dawk li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi, l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali, fejn rilevanti;

(c) 

tiżviluppa, timplimenta, testendi u żżomm fl-Unjoni infrastruttura tas-supercomputing u tad-data tal-ogħla klassi, integrata, orjentata lejn id-domanda u mmexxija mill-utenti;

(d) 

tiffedera l-infrastruttura iperkonnessa tas-supercomputing u tad-data u toħloq interkonnessjoni bejn din u l-ispazji tad-data u l-ekosistema tal-cloud Ewropej għall-provvista ta’ servizzi tal-computing u tad-data lil firxa wiesgħa ta’ utenti pubbliċi u privati fl-Ewropa;

(e) 

tippromwovi l-eċċellenza xjentifika u tappoġġa l-adozzjoni u l-użu sistematiku tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni ġġenerati fl-Unjoni.

(f) 

tkompli tiżviluppa u tappoġġa ekosistema ferm kompetittiva u innovattiva tas-supercomputing u tad-data mifruxa b’mod wiesa’ fl-Ewropa li tikkontribwixxi għat-tmexxija xjentifika u diġitali tal-Unjoni, li tkun kapaċi tipproduċi b’mod awtonomu teknoloġiji u arkitetturi tal-computing u l-integrazzjoni tagħhom f’sistemi ewlenin tal-computing, u applikazzjonijiet avvanzati ottimizzati għal dawn is-sistemi;

▼M2

(fa) 

tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fundamentali u applikati mill-aktar avvanzati fit-teknoloġiji kwantistiċi, it-tranżizzjoni tagħhom mil-laboratorju għall-fabbrika, u l-implimentazzjoni, l-adozzjoni u l-integrazzjoni tagħhom f’infrastrutturi kwantistiċi ta’ klassi dinjija, għall-bini ta’ ekosistema kwantistika dinamika, innovattiva, sostenibbli u reżiljenti madwar l-Unjoni, u għall-iżgurar tat-tmexxija xjentifika u industrijali, tal-kompetittività, tal-awtonomija strateġika u tas-sovranità teknoloġika tal-Unjoni fil-computing, fil-komunikazzjoni u fir-rilevament kwantistiċi;

▼B

(g) 

twessa’ l-użu tas-servizzi tas-supercomputing u l-iżvilupp ta’ ħiliet ewlenin li jeħtieġu x-xjenza u l-industrija Ewropej;

▼M2

(h) 

l-iżvilupp u l-operat tal-fabbriki tal-IA, u l-appoġġ għall-istabbiliment ta’, u l-aċċess għal, gigafabbriki tal-IA u s-servizzi tagħhom, bil-ħsieb li tinbena ekosistema tal-IA dinamika, innovattiva, sostenibbli u reżiljenti madwar l-Unjoni, u l-iżgurar ta’ tmexxija xjentifika u industrijali.

Artikolu 3 3.
L-Impriża Konġunta għandha tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-interessi tal-Unjoni meta takkwista supercomputers u tappoġġa l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (HPC), l-IA u teknoloġiji kwantistiċi, sistemi u applikazzjonijiet. Għandha tippermetti approċċ ta’ kodisinn għall-akkwist ta’ supercomputers ta’ klassi dinjija, filwaqt li tissalvagwardja s-sigurtà tal-katina tal-provvista tat-teknoloġiji u tas-sistemi akkwistati. Għandha tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni, filwaqt li tippreserva ekonomija miftuħa fl-Unjoni, tappoġġa l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u ta’ applikazzjonijiet li jsaħħu l-ktajjen tal-provvista Ewropej tal-HPC, l-IA u ta’ teknoloġiji kwantistiċi u tippromwovi l-integrazzjoni tagħhom f’sistemi li jindirizzaw numru kbir ta’ ħtiġijiet relatati ma’ użi xjentifiċi, soċjetali, ambjentali, industrijali u tas-sigurtà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.