►C1
Għall-fini li jinstab il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(3)(b) sa (g) tal-Istatuti,
◄ il-kostijiet għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-prattiki normali tal-kontabbiltà tal-kostijiet tal-entitajiet ikkonċernati, mal-istandards kontabilistiċi applikabbli tal-pajjiż fejn tkun stabbilita l-entità u mal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità u l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju applikabbli. Il-kostijiet għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità kkonċernata jew mill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istat Parteċipanti. Jekk miċ-ċertifikazzjoni tfeġġ xi inċertezza, l-Impriża Konġunta tista’ tivverifika l-metodu ta’ valwazzjoni. Jekk ikun baqa’ xi inċertezzi, il-metodu ta’ valwazzjoni jista’ jiġi awditjat mill-Impriża Konġunta.