+Artikolu 7 Kontribuzzjonijiet ta’ membri għajr l-Unjoni
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
|
Artikolu 7 Kontribuzzjonijiet ta’ membri għajr l-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-Istati Parteċipanti għandhom jagħmlu kontribuzzjoni totali li hi proporzjonata għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1). L-Istati Parteċipanti għandhom jirranġaw bejniethom il-kontribuzzjonijiet kollettivi tagħhom u kif ser iwassluhom. Dan m’għandux jaffettwa l-kapaċità ta’ kull Stat Parteċipanti li jiddefinixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja nazzjonali tiegħu skont l-Artikolu 8.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Il-Membri Privati tal-Impriża Konġunta għandhom jagħmlu kontribuzzjonijiet ta’ mill-inqas EUR 900 000 000 lill-Impriża Konġunta, jew jagħmlu arranġamenti biex l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom jagħmlu tali kontribuzzjoni.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkonsistu mill-kontribuzzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 15 tal-Istatuti.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(3)(f) tal-Istatuti jistgħu jiġu pprovduti minn kull Stat Parteċipanti lill-benefiċjarji stabbiliti f’dak l-Istat Parteċipanti. L-Istati Parteċipanti jistgħu jikkumplementaw il-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta, fir-rata massima applikabbli ta’ rimborż stabbilita fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/695, l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/694 u fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/1153. Tali kontribuzzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
|
|
Artikolu 7 5.
|
Il-membri tal-Impriża Konġunta għajr l-Unjoni għandhom jirrapportaw sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena lill-Bord tat-Tmexxija kif definit fl-Artikolu 5 tal-Istatuti, dwar il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu magħmula fis-sena finanzjarja preċedenti.
|
|
Artikolu 7 6.
|
►C1
Għall-fini li jinstab il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(3)(b) sa (g) tal-Istatuti, ◄ il-kostijiet għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-prattiki normali tal-kontabbiltà tal-kostijiet tal-entitajiet ikkonċernati, mal-istandards kontabilistiċi applikabbli tal-pajjiż fejn tkun stabbilita l-entità u mal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità u l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju applikabbli. Il-kostijiet għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità kkonċernata jew mill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istat Parteċipanti. Jekk miċ-ċertifikazzjoni tfeġġ xi inċertezza, l-Impriża Konġunta tista’ tivverifika l-metodu ta’ valwazzjoni. Jekk ikun baqa’ xi inċertezzi, il-metodu ta’ valwazzjoni jista’ jiġi awditjat mill-Impriża Konġunta.
|
|
Artikolu 7 7.
|
Il-Kummissjoni tista’ ttemm, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta jew tiskatta l-proċedura ta’ stralċ imsemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatuti fil-każijiet li ġejjin:
(a)
jekk l-Impriża Konġunta tonqos milli tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni; jew
(b)
jekk il-membri għajr l-Unjoni jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom jew l-entitajiet affiljati tagħhom jonqsu milli jikkontribwixxu, jikkontribwixxu biss parzjalment jew ma jirrispettawx l-iskadenzi fir-rigward tal-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu; jew
(c)
bħala riżultat tal-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24.
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex tfixkel ir-rimborż tal-kostijiet eliġibbli mġarrba mill-membri għajr l-Unjoni qabel ma d-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Impriża Konġunta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|