+Artikolu 12b 8.

Artikolu 12b 8.

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jalloka parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja li jirċievi skont ir-Regolament (UE) 2021/241 (‘allokazzjonijiet tal-RRF’) biex jiffinanzja, b’mod totali jew parzjali, il-kontribuzzjoni finanzjarja volontarja tiegħu għal gigafabbrika tal-IA f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, inkluż biex ikopri l-kontribuzzjoni tiegħu f’każijiet meta gigafabbrika tal-IA ma tintgħażilx għall-finanzjament tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jużaw l-allokazzjonijiet tal-RRF li jifdal tagħhom biex jiffinanzjaw il-kontribuzzjonijiet nazzjonali tagħhom għall-fabbriki tal-IA, is-supercomputers jew il-kompjuters kwantistiċi, jew investiment ieħor fl-IA, teknoloġija kwantistika jew fl-HPC marbuta mal-objettivi tal-Impriża Konġunta u identifikati mill-Istat Membru fl-RRP tiegħu. L-Istati Membri għandhom jgħaddu tali kontribuzzjonijiet permezz tal-Impriża Konġunta f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. Mal-iffirmar ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni u t-trasferiment sħiħ u irrevokabbli tal-allokazzjonijiet magħżula tal-RRF lill-EuroHPC sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2026, l-Istat Membru għandu jitqies li jkun issodisfa l-iskadenza stretta stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/241.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.