+Artikolu 13 Akkwist u sjieda tas-supercomputers tal-EuroHPC ta’ grad industrijali
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
|
Artikolu 13 Akkwist u sjieda tas-supercomputers tal-EuroHPC ta’ grad industrijali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
L-Impriża Konġunta għandha takkwista flimkien ma’ konsorzju ta’ sħab privati, mill-inqas supercomputers ta’ livell medju, jew partizzjonijiet ta’ supercomputer tal-EuroHPC, primarjament destinati għall-użu mill-industrija, u għandha tkun proprjetarju jew koproprjetarju tagħhom ma’ konsorzju ta’ sħab privati.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkopri sa 35 % tal-kostijiet tal-akkwist tas-supercomputers tal-EuroHPC, jew tal-partizzjonijiet tas-supercomputers tal-EuroHPC. Il-kost totali li jifdal tas-sjieda tas-supercomputers tal-EuroHPC, jew tal-partizzjonijiet tas-supercomputers tal-EuroHPC, għandu jkun kopert mill-konsorzju ta’ sħab privati.
|
|
Artikolu 13 3.
|
L-għażla tal-fornitur ta’ supercomputer tal-EuroHPC ta’ livell industrijali għandha tkun ibbażata fuq speċifikazzjonijiet ta’ offerta li għandhom jieħdu kont ta’ rekwiżiti tal-utenti u ta’ speċifikazzjonijiet tas-sistema ġenerali pprovduti mill-entità tal-hosting magħżula fl-applikazzjonijiet tagħha għas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. L-għażla għandha tindirizza wkoll is-sigurtà tal-katina tal-provvista.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi fil-programm ta’ ħidma, jekk debitament ġustifikat għal raġunijiet ta’ sigurtà, dwar kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni ta’ fornituri fl-akkwist tas-supercomputers tal-EuroHPC ta’ livell industrijali f’konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE) 2021/694 jew dwar limitu tal-parteċipazzjoni ta’ fornituri għal raġunijiet ta’ sigurtà jew azzjonijiet direttament relatati mal-awtonomija strateġika tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Is-supercomputers tal-EuroHPC jew il-partizzjonijiet tas-supercomputers tal-EuroHPC għall-użu industrijali għandhom ikunu ospitati f’entità tal-hosting ta’ supercomputers tal-EuroHPC.
|
|
Artikolu 13 6.
|
Mingħajr preġudizzju għall-istralċ tal-Impriża Konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4) tal-Istatuti, mhux qabel erba’ snin wara li s-supercomputers tal-EuroHPC installati f’entità tal-hosting jgħaddu b’suċċess it-test ta’ aċċettazzjoni mill-Impriża Konġunta, is-sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC tista’ tiġi trasferita lill-konsorzju ta’ sħab privati, is-supercomputer tal-EuroHPC jista’ jinbiegħ lil entità oħra jew jiġi dekummissjonat b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija u f’konformità mal-konsorzju ta’ sħab privati. F’każ ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ supercomputer tal-EuroHPC, il-konsorzju ta’ sħab privati għandu jirrimborża lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-supercomputer tal-EuroHPC trasferit. Jekk ma jkun hemm l-ebda trasferiment tas-sjieda lill-konsorzju ta’ sħab privati iżda deċiżjoni għad-dekummissjonar, il-kostijiet rilevanti għandhom ikunu koperti mill-konsorzju ta’ sħab privati. L-Impriża Konġunta ma għandhiex tkun responsabbli għal xi kost imġarrab wara t-trasferiment tas-sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC jew wara l-bejgħ jew id-dekummissjonar tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|