+Artikolu 15 Upgrading fil-kwalità tas-supercomputers
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
|
Artikolu 15 Upgrading fil-kwalità tas-supercomputers
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
L-Impriża Konġunta tista’ tniedi sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-aġġornament tas-supercomputers tal-EuroHPC li jkun proprjetarja jew koproprjetarja tagħhom, biex iżżid il-livell ta’ prestazzjoni tas-supercomputer qrib l-iskala eksa, biex iżżid il-kapaċitajiet tal-IA tas-supercomputer, jew biex iżżid il-prestazzjoni operattiva tas-supercomputer b’xi mod ieħor, inkluż permezz ta’ aċċelleraturi kwantistiċi.
|
|
Artikolu 15 3.
|
L-entità tal-hosting għandha tintgħażel mill-Bord tat-Tmexxija permezz ta’ proċess ġust u trasparenti bbażat fuq, fost l-oħrajn, il-kriterji li ġejjin:
(a)
ġustifikazzjoni tal-upgrade;
(b)
kompatibbiltà mas-supercomputer tal-EuroHPC oriġinali;
(c)
żieda fil-prestazzjoni tal-kapaċità operazzjonali tas-supercomputer tal-EuroHPC;
(d)
il-provvista ta’ dokument ta’ sostenn xieraq li jagħti prova tal-impenn tal-Istat Membru fejn tinsab l-entità tal-hosting jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Parteċipanti tal-konsorzju tal-hosting biex ikopru s-sehem tal-kost tal-upgrading fil-kwalità tas-supercomputer tal-EuroHPC li ma jkunx kopert mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5 jew kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 6, sakemm is-sjieda tiegħu tiġi trasferita mill-Impriża Konġunta lil dik l-entità tal-hosting jew sakemm is-supercomputer jinbiegħ jew jiġi dekummissjonat jekk ma jkun hemm l-ebda trasferiment tas-sjieda.
|
|
Artikolu 15 4.
|
L-Impriża Konġunta għandha takkwista, b’mod konġunt mal-awtoritajiet kontraenti tal-Istat Parteċipanti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew mal-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Parteċipanti fil-konsorzju tal-hosting magħżul, l-upgrade tas-supercomputer u għandu jkollha s-sjieda tiegħu taħt l-istess kondizzjonijiet ta’ sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC oriġinali.
|
|
Artikolu 15 5.
|
Il-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-kostijiet tal-akkwist tal-aġġornament għandu jkun l-istess bħall-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għas-supercomputer oriġinali tal-EuroHPC, deprezzat għall-bqija tal-ħajja mistennija tas-supercomputer oriġinali. Il-perċentwal tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-kostijiet operattivi addizzjonali tal-aġġornament għandu jkun l-istess bħall-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għas-supercomputer oriġinali tal-EuroHPC. Għas-supercomputers fuq skala peta akkwistati matul iż-żmien tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1488, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aġġornament għandha tkopri sa 35 % tal-kostijiet operatorji addizzjonali.
|
|
Artikolu 15 6.
|
Is-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għall-upgrade tas-supercomputer tal-EuroHPC għandu jibqa’ l-istess tul il-ħajja tal-magna. Jekk l-upgrade jinvolvi żieda fil-kapaċità, il-ħin tal-aċċess addizzjonali għandu jkun direttament proporzjonali għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|