+Artikolu 17 Allokazzjoni tal-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni għas-supercomputers tal-EuroHPC
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
---+Artikolu 17 9.
---+Artikolu 17 10.
---+Artikolu 17 11.

Artikolu 17 Allokazzjoni tal-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni għas-supercomputers tal-EuroHPC

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
Is-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal kull supercomputer tal-EuroHPC ta’ livell għoli, kwantistiku u ottimizzat permezz tal-IA għandu jkun direttament proporzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għall-kost totali tas-sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC u għalhekk ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ħin tal-aċċess totali tas-supercomputer tal-EuroHPC.
Artikolu 17 2.
Is-sehem tal-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni għal kull supercomputer tal-EuroHPC ta’ livell medju għandu jkun direttament proporzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, imsemmija fl-Artikolu 5(1), għall-kost tal-akkwist u dak operatorju tas-supercomputer u ma għandux jaqbeż 35 % tal-ħin ta’ aċċess totali tas-supercomputer.
Artikolu 17 3.
Is-sehem tal-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni għal kull supercomputer tal-EuroHPC ta’ grad industrijali għandu jkun direttament proporzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, imsemmija fl-Artikolu 5(1), għall-kost ta’ akkwist tas-supercomputer u ma għandux jaqbeż 35 % tal-ħin ta’ aċċess totali tas-supercomputer.
Artikolu 17 4.
Kull Stat Parteċipanti fejn tinsab entità tal-hosting jew kull Stat Parteċipanti f’konsorzju tal-hosting għandu jiġi allokat il-ħin ta’ aċċess li jifdal għal kull supercomputer tal-EuroHPC. F’każ ta’ konsorzju tal-hosting, l-Istati Parteċipanti għandhom jaqblu bejniethom dwar it-tqassim tal-ħin ta’ aċċess għas-supercomputer.
Artikolu 17 5.
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi d-drittijiet ta’ aċċess għas-sehem tal-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni għas-supercomputers tal-EuroHPC.
Artikolu 17 6.
L-użu tas-sehem tal-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni għas-supercomputers tal-EuroHPC għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti mis-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 16(4). Dan għandu wkoll ikun mingħajr ħlas għal utenti industrijali għall-applikazzjonijiet relatati mal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati mill-Orizzont Ewropa kif ukoll dawk mogħtija Siġill ta’ Eċċellenza taħt l-Orizzont Ewropa jew il-Programm Ewropa Diġitali u għall-attivitajiet ta’ innovazzjoni privati tal-SMEs, fejn xieraq. Bħala prinċipju ta’ gwida, l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess għal tali attivitajiet għandha tkun ibbażata fuq proċess ta’ rieżami bejn il-pari li jkun ġust u trasparenti ddefinit mill-Bord tat-Tmexxija wara sejħiet għal espressjonijiet ta’ interess kontinwament miftuħa mnedija mill-Impriża Konġunta.
Artikolu 17 7.
Bl-eċċezzjoni ta’ utenti tal-SMEs li jwettqu attivitajiet privati tal-innovazzjoni, utenti oħra għandhom jadottaw approċċ tax-xjenza miftuħa għat-tixrid tal-għarfien miksub permezz tal-aċċess għas-supercomputers tal-Impriża Konġunta, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/695. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi aktar ir-regoli applikabbli dwar ix-xjenza miftuħa.
Artikolu 17 8.
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi regoli speċifiċi għall-kondizzjonijiet ta’ aċċess li jitbiegħdu mill-prinċipji ta’ gwida msemmija fil-paragrafu 6. Dawn jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-ħin ta’ aċċess għal proġetti u attivitajiet meqjusa bħala strateġiċi għall-Unjoni.
Artikolu 17 9.
Fuq talba tal-Unjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti aċċess dirett għas-supercomputers tal-EuroHPC għal inizjattivi li l-Unjoni tqis essenzjali għall-provvista ta’ servizzi relatati mas-saħħa jew mal-klima jew ma’ servizzi kruċjali oħra ta’ appoġġ f’emerġenzi għall-ġid tal-pubbliku, għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u ġestjoni tal-kriżijiet jew għal każijiet li l-Unjoni tqis essenzjali għas-sigurtà u d-difiża tagħha. Il-modalitajiet u l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ tali aċċess għandhom jiġu ddefiniti fil-kondizzjonijiet ta’ aċċess adottati mill-Bord tat-Tmexxija.
Artikolu 17 10.
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi l-kondizzjonijiet li japplikaw għall-użu industrijali biex jingħata aċċess għas-sehem mill-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal riżorsi siguri tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u tad-data għal applikazzjonijiet għajr dawk speċifikati fil-paragrafu 6.
Artikolu 17 11.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jissorvelja b’mod regolari s-sehem mill-ħin tal-aċċess tal-Unjoni mogħti għal kull Stat Parteċipanti u għal kull kategorija ta’ utent, inkluż għal finijiet kummerċjali. Huwa jista’ jiddeċiedi fost l-oħrajn li:

(a) 

jadatta mill-ġdid il-ħinijiet tal-aċċess għal kull kategorija ta’ attività jew ta’ utent, bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tal-kapaċitajiet tas-supercomputers tal-EuroHPC;

(b) 

jipproponi miżuri addizzjonali ta’ appoġġ biex jingħataw opportunitajiet xierqa ta’ aċċess lil utenti li jkollhom l-għan li jgħollu l-livell ta’ ħiliet u ta’ għarfien espert tagħhom f’sistemi tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.