+Artikolu 28 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-membri
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.

Artikolu 28 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
L-Impriża Konġunta għandha tagħti aċċess lill-persunal tal-Kummissjoni u lil persuni oħra awtorizzati mill-Impriża Konġunta rispettiva jew mill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri jew, għall-fini tal-awditu msemmi fl-Artikolu 8(3), lill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Parteċipanti, għas-siti u l-bini tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluż l-informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa sabiex iwettqu l-awditi tagħhom.
Artikolu 28 2.
L-OLAF u l-UPPE jistgħu jwettqu investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 7 ) u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) u bil-ħsieb li jistabbilixxu jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim, deċiżjoni jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.
Artikolu 28 3.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, ftehimiet, deċiżjonijiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Impriża Konġunta rispettiva, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-UPPE u lill-OLAF, u, għall-fini tal-awditu msemmi fl-Artikolu 8(3), lill-awtoritajiet ta’ awditjar tal-Istati Parteċipanti, biex iwettqu tali awditi, kontrolli fuq il-post u investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
Artikolu 28 4.
L-Impriża Konġunta għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-membri tagħha jkunu protetti b’mod adegwat billi tagħmel jew tikkummissjona kontrolli interni u esterni xierqa.
Artikolu 28 5.
L-Impriża Konġunta għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ( 9 ). L-Impriża Konġunta għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet interni mwettqa mill-OLAF.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.