4. Ir-regoli dwar it-tariffi tar-roaming bl-ingrossa regolati stabbiliti fl-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom japplikaw għall-forniment tal-aċċess għall-komponenti kollha tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm iż-żewġ partijiet għall-ftehim tar-roaming bl-ingrossa ma jkunux qablu espliċitament li kwalunkwe tariffa tar-roaming bl-ingrossa medja li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-ftehim ma tkunx soġġetta għat-tariffa tar-roaming bl-ingrossa regolata massima għall-perjodu ta’ validità tal-ftehim.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fil-każ tal-aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa, l-operaturi tan-networks mobbli jistgħu jitolbu prezzijiet ġusti u raġonevoli għal komponenti mhux koperti mill-paragrafu 3.