+Artikolu 3 Aċċess għar-roaming bl-ingrossa
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7
---+Artikolu 3 8

Artikolu 3 Aċċess għar-roaming bl-ingrossa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   L-operaturi tan-networks mobbli għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, b’mod partikolari b’mod li jippermetti lill-fornitur tar-roaming jirreplika s-servizzi mobbli bl-imnut offruti domestikament, meta jkun fattibbli teknikament li jsir dan fuq in-network miżjur.

Artikolu 3 2

2.   L-operaturi tan-networks mobbli jistgħu jirrifjutaw talbiet tal-aċċess għal roaming bl-ingrossa biss abbażi ta’ kriterji oġġettivi, bħall-fattibbiltà teknika u l-integrità tan-network. Kunsiderazzjonijiet kummerċjali ma għandhomx ikunu raġunijiet biex jiġu rrifjutati talbiet għal aċċess għal roaming bl-ingrossa sabiex jiġi limitat il-forniment ta’ servizzi tar-roaming kompetituri.

Artikolu 3 3

3.   L-aċċess għal roaming bl-ingrossa għandu jkopri l-aċċess għall-elementi kollha tan-networks u l-faċilitajiet assoċjati magħhom, is-servizzi rilevanti, is-sistemi tas-software u tal-informazzjoni, li huma meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati lil klijenti, u li għandhom jkopru t-teknoloġiji tan-network disponibbli kollha u l-ġenerazzjonijiet tan-network disponibbli kollha.

Artikolu 3 4

4.   Ir-regoli dwar it-tariffi tar-roaming bl-ingrossa regolati stabbiliti fl-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom japplikaw għall-forniment tal-aċċess għall-komponenti kollha tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm iż-żewġ partijiet għall-ftehim tar-roaming bl-ingrossa ma jkunux qablu espliċitament li kwalunkwe tariffa tar-roaming bl-ingrossa medja li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-ftehim ma tkunx soġġetta għat-tariffa tar-roaming bl-ingrossa regolata massima għall-perjodu ta’ validità tal-ftehim.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fil-każ tal-aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa, l-operaturi tan-networks mobbli jistgħu jitolbu prezzijiet ġusti u raġonevoli għal komponenti mhux koperti mill-paragrafu 3.

Artikolu 3 5

5.   L-operaturi tan-networks mobbli għandhom jippubblikaw offerta ta’ referenza li tqis il-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 8, u għandhom jagħmluha disponibbli lill-impriża li titlob l-aċċess għar-roaming bl-ingrossa. L-operaturi tan-networks mobbli għandhom jipprovdu abbozz ta’ ftehim tar-roaming bl-ingrossa lill-impriża li titlob l-aċċess, f’konformità ma’ dan l-Artikolu, dwar dan l-aċċess fi żmien xahar mill-wasla inizjali tat-talba tal-operatur tan-networks mobbli. L-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għandu jingħata fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx it-tliet xhur mill-konklużjoni tal-ftehim tar-roaming bl-ingrossa. L-operaturi tan-networks mobbli li jirċievu talba tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa u l-impriżi li jitolbu l-aċċess għandhom jinnegozjaw in bona fede.

Artikolu 3 6

6.   L-offerta ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun suffiċjentement dettaljata u għandha tinkludi l-komponenti kollha neċessarji għal aċċess għal roaming bl-ingrossa kif imsemmi fil-paragrafu 3, filwaqt li tipprovdi deskrizzjoni tal-offerti rilevanti għal aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa u aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta’ roaming bl-ingrossa, u t-termini u l-kondizzjonijiet assoċjati. L-offerta ta’ referenza għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-fornitur tar-roaming ikun jista’ jiżgura li l-klijenti tiegħu jkollhom aċċess mingħajr ħlas għas-servizzi ta’ emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza lill-aktar PSAP xieraq u biex tiġi permessa t-trażmissjoni mingħajr ħlas tal-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta’ min jagħmel it-telefonata lill-aktar PSAP xieraq waqt l-użu tas-servizzi tar-roaming.

Dik l-offerta ta’ referenza tista’ tinkludi kundizzjonijiet li jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming waqt ivvjaġġar perjodiku fl-Unjoni. Meta jkun speċifikat f’offerta ta’ referenza, dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu l-miżuri speċifiċi li l-operatur tan-network miżjur jista’ jieħu biex jipprevjeni r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa u l-kriterji oġġettivi li abbażi tagħhom jistgħu jittieħdu dawn il-miżuri. Dawn il-kriterji jistgħu jirreferu għal informazzjoni aggregata dwar it-traffiku tar-roaming. Ma għandhomx jirreferu għal informazzjoni speċifika relatata ma’ traffiku individwali tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming.

L-offerta ta’ referenza tista’, fost l-oħrajn, tipprovdi li, meta l-operatur tan-network miżjur ikollu raġunijiet motivati biex iqis li qed isir roaming permanenti minn porzjon sinifikanti tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming jew qed isir użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, l-operatur tan-network miżjur jista’ jitlob lill-fornitur tar-roaming jipprovdi informazzjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, li tippermettilu jiddetermina jekk hemmx porzjon sinifikanti tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming li qed jagħmlu roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa fuq in-network tal-operatur miżjur, bħal informazzjoni dwar il-porzjon tal-klijenti li għalihom ikun ġie stabbilit riskju ta’ użu anomalu jew abbużiv tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati pprovduti bi prezz bl-imnut domestiku applikabbli, abbażi ta’ indikaturi oġġettivi f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ politiki ta’ użu ġust adottati skont l-Artikolu 7.

Bħala l-aħħar miżura, meta l-miżuri inqas stretti ma jirnexxilhomx jindirizzaw is-sitwazzjoni, l-offerta ta’ referenza tista’ tipprevedi l-possibbiltà ta’ terminazzjoni ta’ ftehim tar-roaming bl-ingrossa meta l-operatur tan-network miżjur ikun stabbilixxa li, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, qed isir roaming permanenti minn porzjon sinifikanti tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming jew użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, u jkun informa dwar dan lill-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini.

L-operatur tan-network miżjur jista’ jittermina l-ftehim tar-roaming bl-ingrossa b’mod unilaterali għal raġunijiet ta’ roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa biss bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-network miżjur.

Fi żmien tliet xhur mill-wasla ta’ talba mingħand l-operatur tan-network miżjur għall-awtorizzazzjoni ta’ terminazzjoni ta’ ftehim tar-roaming bl-ingrossa, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-network miżjur għandha, wara konsultazzjoni mal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini, tiddeċiedi jekk tagħtix jew tirrifjutax din l-awtorizzazzjoni u għandha tinforma dwar dan lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-operatur tan-network miżjur u tal-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini, kull waħda minnhom tista’ titlob lill-BEREC jadotta opinjoni dwar l-azzjoni li trid tittieħed f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-BEREC għandu jadotta l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar mill-wasla ta’ din it-talba.

Meta l-BEREC ikun ġie kkonsultat, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-network miżjur għandha tistenna u tagħti l-akbar kunsiderazzjoni possibbli lill-opinjoni tal-BEREC qabel tiddeċiedi, soġġetta għall-iskadenza tat-tliet xhur imsemmija fis-sitt subparagrafu, jekk tagħtix jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni ta’ terminazzjoni tal-ftehim tar-roaming bl-ingrossa.

L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-network miżjur għandha tippubblika l-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa, b’rispett għall-kunfidenzjalità kummerċjali.

Mill-ħames sad-disa’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-setgħa ta’ awtorità regolatorja nazzjonali li titlob il-waqfien immedjat ta’ ksur tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 17(7) u għad-dritt tal-operatur tan-network miżjur li japplika miżuri adegwati kontra l-frodi.

Jekk meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu bidliet fl-offerti ta’ referenza, inkluż fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi li l-operatur tan-network miżjur jista’ jieħu biex jipprevjeni r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, u l-kriterji oġġettivi li abbażi tagħhom l-operatur tan-network miżjur jista’ jieħu dawn il-miżuri, biex l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu jsiru effettivi.

Artikolu 3 7

7.   Meta l-impriża li titlob l-aċċess tkun tixtieq tibda negozjati kummerċjali li jinkludu komponenti mhux koperti mill-offerta ta’ referenza, l-operaturi tan-networks mobbli għandhom iwieġbu din it-talba fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx ix-xahrejn mill-wasla inizjali tat-talba. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-paragrafi 2 u 5 ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 3 8

8.   Sal-5 ta’ Ottubru 2022, biex tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jaġġorna l-linji gwida għal aċċess għar-roaming bl-ingrossa stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.