1. Il-fornituri tar-roaming ma għandhom jitolbu l-ebda tariffa supplimentari addizzjonali mal-prezz bl-imnut domestiku lill-klijenti tar-roaming fi kwalunkwe Stat Membru għal kwalunkwe telefonata bir-roaming regolata magħmula jew riċevuta, għal kwalunkwe messaġġ SMS bir-roaming regolat mibgħut jew għal kwalunkwe servizz tar-roaming regolat tad-data użat, u lanqas ma għandhom jimponu xi tariffa ġenerali biex it-tagħmir jew is-servizz terminali jkun jista’ jintuża barra mill-pajjiż, soġġett għall-Artikoli 5 u 6.