2. Il-fornituri tar-roaming ma għandhomx joffru servizzi regolati tar-roaming bl-imnut taħt kundizzjonijiet li huma inqas vantaġġużi minn dawk offruti domestikament, b’mod partikolari f’termini ta’ kwalità tas-servizz previsti fil-kuntratt bl-imnut, meta l-istess ġenerazzjoni tan-networks tal-komunikazzjonijiet mobbli u teknoloġiji jkunu disponibbli fuq in-network miżjur.
L-operaturi tal-komunikazzjoni mobbli għandhom jevitaw dewmien mhux raġonevoli fit-trasferimenti bejn in-networks fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri interni tal-Unjoni.