+Artikolu 8 2

Artikolu 8 2

2.   Il-fornituri tar-roaming jistgħu joffru, u l-klijenti tar-roaming jistgħu jagħżlu deliberatament, tariffa tar-roaming għajr dik stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li bis-saħħa tagħha l-klijenti tar-roaming ikunu jgawdu minn tariffa differenti għas-servizzi tar-roaming regolati minn dik li jintalbu mingħajr dik l-għażla. Il-fornitur tar-roaming għandu jfakkar lil dawk il-klijenti tar-roaming dwar in-natura tal-vantaġġi tar-roaming li b’hekk jintilfu.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-fornituri tar-roaming għandhom japplikaw tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4 u 5, u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-klijenti tar-roaming eżistenti u ġodda kollha b’mod awtomatiku.

Il-klijenti tar-roaming kollha jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jitolbu li jaqilbu għal jew minn tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-klijenti tar-roaming deliberatament jagħżlu li jaqilbu minn jew lura għat-tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe qlib għandu jsir fi żmien jum tax-xogħol mill-wasla tat-talba, ikun mingħajr ħlas u ma jkunx jinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet li jappartjenu għal elementi tal-abbonamenti għajr ir-roaming. Il-fornituri tar-roaming jistgħu jdumu ma jagħmlu l-qlib sakemm it-tariffa tar-roaming preċedenti tkun ilha effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx ix-xahrejn.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.