+Artikolu 9 Tariffi bl-ingrossa għat-telefonati tar-roaming regolati
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3

Artikolu 9 Tariffi bl-ingrossa għat-telefonati tar-roaming regolati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur tan-network miżjur jista’ jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ telefonata tar-roaming regolata li toriġina min-network miżjur, inkluż, fost l-oħrajn, il-kostijiet tal-oriġini, tat-tranżitu u tat-terminazzjoni, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0,022 kull minuta. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 0,019 kull minuta fl-1 ta’ Jannar 2025 u għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, tibqa’ EUR 0,019 kull minuta sat-30 ta’ Ġunju 2032.

Artikolu 9 2

2.   It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jkun fadal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa bl-ingrossa medja massima, kif previst fil-paragrafu 1 jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2032.

Artikolu 9 3

3.   It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul totali tar-roaming bl-ingrossa jiġi diviż bl-għadd totali tal-minuti tar-roaming bl-ingrossa użati effettivament għall-forniment tat-telefonati tar-roaming bl-ingrossa fl-Unjoni mill-operatur rilevanti tul il-perjodu rilevanti, aggregat abbażi ta’ kull sekonda u aġġustat biex titqies il-possibbiltà li l-operatur tan-network miżjur japplika perjodu minimu inizjali ta’ tariffar li ma jaqbiżx it-30 sekonda.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.