3. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul totali tar-roaming bl-ingrossa jiġi diviż bl-għadd totali tal-minuti tar-roaming bl-ingrossa użati effettivament għall-forniment tat-telefonati tar-roaming bl-ingrossa fl-Unjoni mill-operatur rilevanti tul il-perjodu rilevanti, aggregat abbażi ta’ kull sekonda u aġġustat biex titqies il-possibbiltà li l-operatur tan-network miżjur japplika perjodu minimu inizjali ta’ tariffar li ma jaqbiżx it-30 sekonda.