3. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul totali bl-ingrossa riċevut mill-operatur tan-network miżjur jew mill-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini għall-oriġini u t-trażmissjoni ta’ messaġġi SMS tar-roaming regolati fl-Unjoni tul il-perjodu rilevanti jiġi diviż bl-għadd totali ta’ messaġġi SMS bħal dawk li joriġinaw u jiġu trażmessi f’isem il-fornitur tar-roaming rilevanti jew l-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini tul dak il-perjodu.