+Artikolu 10 Tariffi bl-ingrossa għall-messaġġi SMS tar-roaming regolati
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
|
Artikolu 10 Tariffi bl-ingrossa għall-messaġġi SMS tar-roaming regolati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur tan-network miżjur jista’ jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ messaġġ SMS tar-roaming regolat li joriġina min-network miżjur, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0,004 għal kull messaġġ SMS. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 0,003 għal kull messaġġ SMS fl-1 ta’ Jannar 2025, u għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, u tibqa’ EUR 0,003 sat-30 ta’ Ġunju 2032.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jkun fadal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa bl-ingrossa medja massima, kif previst fil-paragrafu 1 jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2032.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul totali bl-ingrossa riċevut mill-operatur tan-network miżjur jew mill-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini għall-oriġini u t-trażmissjoni ta’ messaġġi SMS tar-roaming regolati fl-Unjoni tul il-perjodu rilevanti jiġi diviż bl-għadd totali ta’ messaġġi SMS bħal dawk li joriġinaw u jiġu trażmessi f’isem il-fornitur tar-roaming rilevanti jew l-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini tul dak il-perjodu.
|
|
Artikolu 10 4
|
4. L-operatur tan-network miżjur ma għandu jimponi l-ebda tariffa fuq il-fornitur tar-roaming jew l-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini ta’ klijent tar-roaming, b’mod separat mit-tariffa msemmija fil-paragrafu 1, għat-terminazzjoni ta’ messaġġ SMS tar-roaming regolat mibgħut lil klijent tar-roaming waqt roaming fuq in-network miżjur tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|