3. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul totali bl-ingrossa riċevut mill-operatur tan-network miżjur jew mill-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati tad-data tul il-perjodu rilevanti jiġi diviż bl-għadd totali ta’ megabytes tad-data effettivament użati għall-forniment ta’ dawk is-servizzi tul dak il-perjodu, aggregat abbażi ta’ kull kilobyte f’isem il-fornitur tar-roaming rilevanti jew l-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini tul dak il-perjodu.