+Artikolu 13 1

Artikolu 13 1

1.   Biex il-klijenti tar-roaming jiġu notifikati dwar il-fatt li se jkunu soġġetti għal tariffi tar-roaming meta jagħmlu jew jirċievu telefonati jew meta jibagħtu messaġġi SMS, kull fornitur tar-roaming għandu, għajr meta l-klijenti jkunu nnotifikaw lill-fornitur tar-roaming tagħhom li ma jeħtiġux dan is-servizz, jipprovdi informazzjoni personalizzata bażika lill-klijenti, permezz ta’ messaġġ awtomatiku, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta jidħlu fi Stat Membru ieħor li mhux dak tal-fornitur domestiku tagħhom dwar il-prezzijiet dwar it-tariffi tar-roaming, inkluża l-VAT, li japplikaw għal dawk il-klijenti biex jagħmlu u jirċievu telefonati u biex jibagħtu messaġġi SMS fl-Istat Membru miżjur.

Dik l-informazzjoni personalizzata bażika dwar il-prezzijiet għandha tingħata bil-munita tal-kont tal-pajjiż tal-oriġini pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent u għandha tinkludi informazzjoni dwar:

(a)

kwalunkwe politika ta’ użu ġust li l-klijenti tar-roaming huma soġġetti għaliha fl-Unjoni kollha u t-tariffi supplimentari applikabbli għall-użu li jaqbeż kwalunkwe limitu skont dik il-politika ta’ użu ġust; u

(b)

kwalunkwe tariffa supplimentari applikata skont l-Artikolu 6.

Il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu lill-klijenti tar-roaming, meta jidħlu fi Stat Membru li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tagħhom, informazzjoni dwar ir-riskju potenzjali ta’ żieda fit-tariffi minħabba l-użu ta’ servizzi b’valur miżjud permezz ta’ messaġġ awtomatiku, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, ħlief meta klijent tar-roaming ikun innotifika lill-fornitur tar-roaming tiegħu li ma jeħtieġx dan is-servizz. Tali informazzjoni għandha tinkludi link għall-aċċess, mingħajr ħlas, ta’ paġna web apposta li tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar it-tipi ta’ servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fil-kostijiet u, fejn disponibbli, informazzjoni dwar il-meded tan-numri għas-servizzi ta’ valur miżjud jew informazzjoni addizzjonali rilevanti oħra li tinsab fil-bażi tad-data stabbilita skont l-Artikolu 16, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), f’konformità mal-Artikolu 16, it-tielet paragrafu. Il-paġna web għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tariffi applikabbli għan-numri bla ħlas waqt ir-roaming, jekk ikun hemm.

L-informazzjoni personalizzata bażika dwar il-prezzijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi wkoll in-numru mingħajr ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 biex tinkiseb informazzjoni aktar dettaljata.

Għal kull messaġġ, il-klijenti għandu jkollhom l-opportunità li jinnotifikaw lill-fornitur tar-roaming, mingħajr ħlas u faċilment, li ma jeħtiġux il-messaġġ awtomatiku. Klijenti li jinnotifikaw li ma jeħtiġux il-messaġġ awtomatiku għandu jkollhom id-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jipprovdi s-servizz.

Il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu lill-konsumaturi b’diżabbiltà bl-informazzjoni personalizzata bażika dwar il-prezzijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu, b’mod awtomatiku, permezz ta’ telefonata bil-vuċi, mingħajr ħlas, jekk jintalbu dan.

Għajr ir-referenza għal kwalunkwe politika ta’ użu ġust u t-tariffa supplimentari applikata skont l-Artikolu 6, l-ewwel, it-tieni, il-ħames u s-sitt subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw ukoll kemm għas-servizzi tar-roaming bil-vuċi u SMS użati mill-klijenti tar-roaming meta jkunu qed jikkonettjaw ma’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri nazzjonali jew internazzjonali, u provduti minn fornitur tar-roaming kif ukoll għas-servizzi tar-roaming bil-vuċi u SMS użati mill-klijenti tar-roaming li jkunu qed jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.