|
+Article 14 4 |
Article 14 44. Kull fornitur tar-roaming għandu jagħti lill-klijenti tar-roaming kollha tiegħu mingħajr ħlas aċċess għal faċilità li tipprovdi informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum akkumulat, espressa bħala volum jew bil-munita tal-fatturar tal-klijent tar-roaming għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data tul perjodu speċifikat tal-użu, għajr il-messaġġi MMS iffatturati abbażi ta’ kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat. Il-klijenti jistgħu jinnotifikaw lill-fornitur tar-roaming li ma jeħtiġux aċċess għal tali faċilità. Għal dak il-għan, il-fornitur tar-roaming għandu jagħmel disponibbli limitu finanzjarju massimu wieħed jew aktar għal perjodi speċifikati tal-użu, diment li l-klijenti jkunu informati minn qabel dwar l-ammonti tal-volum korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu finanzjarju awtomatiku) għandu jkun viċin u ma għandux jaqbeż il-EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar, eskluża l-VAT. Inkella, il-fornitur tar-roaming jista’ jistabbilixxi limiti espressi f’volum, diment li l-klijenti jkunu informati minn qabel dwar l-ammonti finanzjarji korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu tal-volum awtomatiku) għandu jkollu ammont finanzjarju korrispondenti li ma jaqbiżx il-EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar, eskluża l-VAT. Barra minn hekk, il-fornitur tar-roaming jista’ joffri limiti oħra lill-klijenti tar-roaming tiegħu b’limiti massimi finanzjarji differenti ta’ kull xahar, jiġifieri, ogħla jew aktar baxxi. Il-limiti awtomatiċi msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandu jkun applikabbli għall-klijenti kollha li ma jkunux għażlu limitu ieħor. Kull fornitur tar-roaming għandu wkoll jiżgura li tintbagħat direttament notifika xierqa lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming, pereżempju b’messaġġ SMS, b’email, b’messaġġ testwali jew b’pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi tar-roaming tad-data jkunu laħqu t-80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Il-klijenti kollha għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat notifiki ta’ dan it-tip u għandu jkollhom id-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jibda jipprovdi s-servizz. Meta l-limitu finanzjarju jew tal-volum jinqabeż mod ieħor, għandha tintbagħat notifika lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming. Meta klijenti tar-roaming soġġetti għal limitu finanzjarju awtomatiku jew limitu tal-volum awtomatiku kif imsemmi fil-ħames subparagrafu jikkonsmaw aktar minn EUR 100 f’perjodu ta’ fatturazzjoni ta’ kull xahar, eskluża l-VAT, għandha tintbagħat notifika addizzjonali lill-apparat mobbli ta’ dawk il-klijenti tar-roaming. Dawk in-notifiki għandhom jindikaw il-proċedura li trid tintuża jekk il-klijenti jixtiequ jissoktaw il-forniment ta’ dawn is-servizzi u jerfgħu il-kost assoċjat ma’ kull unità addizzjonali kkonsmata. Jekk il-klijenti tar-roaming ma jwiġbux kif mitlub fin-notifika li rċevew, il-fornitur tar-roaming għandu jwaqqaf minnufih il-forniment u l-impożizzjoni tat-tariffi għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data lill-klijenti tar-roaming, sakemm il-klijenti tar-roaming ma jkunux talbu li jissokta jew jiġġedded il-forniment ta’ dawn is-servizzi. Kull meta klijenti tar-roaming jitolbu t-tneħħija jew l-istabbiliment mill-ġdid tal-faċilità ta’ limitu finanzjarju jew tal-volum, il-bidla għandha ssir fi żmien jum wieħed tax-xogħol mill-wasla tat-talba, għandha tkun mingħajr ħlas, u ma għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma’ elementi oħra tal-abbonament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|