8. Għajr il-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-paragrafu 3 u l-paragrafu 6, u soġġett għat-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, dan l-Artikolu għandu japplika wkoll kemm għas-servizzi tar-roaming tad-data użati mill-klijenti tar-roaming, meta jkunu qed jikkonettjaw ma’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri nazzjonali jew internazzjonali provduti minn fornitur tar-roaming kif ukoll għas-servizzi tar-roaming tad-data użati mill-klijenti tar-roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.
Fir-rigward tal-faċilità msemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 4 ma għandhomx japplikaw jekk l-operatur tan-network miżjur fil-pajjiż miżjur barra mill-Unjoni ma jkunx jippermetti lill-fornitur tar-roaming jimmonitorja l-użu tal-klijenti tiegħu f’ħin reali.
F’dak il-każ, il-klijenti għandhom jiġi nnotifikati b’messaġġ SMS meta jidħlu f’pajjiż bħal dan, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, li l-informazzjoni dwar il-konsum akkumulat u l-garanzija li ma jinqabiżx limitu finanzjarju speċifikat, mhijiex disponibbli.