1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom iwettqu monitoraġġ u superviżjoni tal-konformità fit-territorju tagħhom ma’ dan ir-Regolament.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu monitoraġġ u superviżjoni stretti tal-fornituri tar-roaming li jużaw l-Artikoli 5 u 6.
Fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità mill-operaturi mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament li huma rilevanti għall-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2018/1972.