+Artikolu 18 Soluzzjoni tat-tilwim
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2

Artikolu 18 Soluzzjoni tat-tilwim

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1

1.   Fil-każ ta’ tilwim konness mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament bejn l-impriżi li jipprovdu networks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru, għandhom japplikaw il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbiliti fl-Artikoli 26 u 27 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.

It-tilwim bejn l-operaturi tan-network miżjur u operaturi oħra dwar ir-rati applikati għall-inputs meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati jista’ jitressaq quddiem l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 26 u 27 tad-Direttiva (UE) 2018/1972. L-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-BEREC b’kwalunkwe tilwim transfruntier biex tinstab soluzzjoni konsistenti għat-tilwim. Meta l-BEREC ikun ġie kkonsultat, l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti għandhom jistennew l-opinjoni tal-BEREC qabel ma jieħdu azzjoni biex isolvu t-tilwim.

Artikolu 18 2

2.   Fil-każ tat-tilwim mhux solvut li jinvolvi klijent jew utent finali u li jikkonċerna kwistjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tal-proċeduri għal soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti stabbiliti fl-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.