+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Din id-Direttiva tistipula r-regoli dwar id-deżinjazzjoni ta' stabbilimenti deżinjati u l-ħatra ta' rappreżentanti legali ta' ċerti fornituri ta' servizzi li joffru servizzi fl-Unjoni, sabiex jirċievu d-deċiżjonijiet u l-ordnijiet maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif ukoll jikkonformaw magħhom u jinfurzawhom, għall-finijiet ta' ġbir tal-evidenza elettronika fil-proċedimenti kriminali.

Artikolu 1 2

2.   Din id-Direttiva tapplika għal deċiżjonijiet u ordnijiet għall-fini ta' ġbir ta' evidenza elettronika abbażi tar-Regolament (UE) 2023/1543, id-Direttiva 2014/41/UE u tal-Konvenzjoni stabbilita mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Din id-Direttiva tapplika bl-istess mod għal deċiżjonijiet u ordnijiet għall-fini ta' ġbir ta' evidenza elettronika abbażi tal-liġi nazzjonali indirizzati minn Stat Membru lil persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi bħala rappreżentant legali jew stabbiliment deżinjat ta' fornitur ta' servizzi fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 1 3

3.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali biex jiġu indirizzati fornituri ta' servizzi stabbiliti fit-territorju tagħhom direttament, għall-finijiet ta' ġbir ta' evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali.

Artikolu 1 4

4.   L-Istati Membri ma għandhomx jimponu fuq il-fornituri ta' servizzi obbligi addizzjonali għal dawk li jirriżultaw minn din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tad-deżinjazzjoni ta' stabbilimenti deżinjati jew tal-ħatra ta' rappreżentanti legali, għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 1 5

5.   Din id-Direttiva tapplika għall-fornituri ta' servizzi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), li joffru s-servizzi tagħhom fl-Unjoni. Din ma tapplikax għal fornituri ta' servizzi li jkunu stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru wieħed li joffru servizzi esklużivament fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1544
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.