2. Din id-Direttiva tapplika għal deċiżjonijiet u ordnijiet għall-fini ta' ġbir ta' evidenza elettronika abbażi tar-Regolament (UE) 2023/1543, id-Direttiva 2014/41/UE u tal-Konvenzjoni stabbilita mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Din id-Direttiva tapplika bl-istess mod għal deċiżjonijiet u ordnijiet għall-fini ta' ġbir ta' evidenza elettronika abbażi tal-liġi nazzjonali indirizzati minn Stat Membru lil persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi bħala rappreżentant legali jew stabbiliment deżinjat ta' fornitur ta' servizzi fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.