|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“enerġija” tfisser prodotti tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(2)
“l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” tfisser il-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2018/1999;
(3)
“sistema tal-enerġija” tfisser sistema ddisinjata primarjament biex tipprovdi servizzi tal-enerġija biex tissodisfa d-domanda tas-setturi tal-użu finali għall-enerġija fil-forma ta’ sħana, fjuwils u elettriku;
(4)
“effiċjenza tas-sistema” tfisser l-għażla ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija fejn dawn jippermettu wkoll perkors ta’ dekarbonizzazzjoni kosteffettiv, flessibbiltà addizzjonali u l-użu effiċjenti tar-riżorsi;
(5)
“konsum ta’ enerġija primarja” jew “PEC” tfisser l-enerġija disponibbli grossa, esklużi l-bunkers marittimi internazzjonali, il-konsum finali mhux tal-enerġija u l-enerġija ambjentali;
(6)
“konsum finali tal-enerġija” jew “FEC” tfisser l-enerġija kollha pprovduta lill-industrija, lit-trasport, inkluż il-konsum tal-enerġija fl-avjazzjoni internazzjonali, lill-unitajiet domestiċi, lis-servizzi pubbliċi u privati, lill-agrikoltura, lill-forestrija, lis-sajd u lil setturi oħra tal-użu aħħari, minbarra l-konsum tal-enerġija fil-bunkers marittimi internazzjonali, l-enerġija ambjentali u l-konsenji lis-settur tat-trasformazzjoni u lis-settur tal-enerġija, u t-telf minħabba t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni kif definit fl-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 1099/2008;
(7)
“enerġija ambjentali” tfisser enerġija ambjentali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(8)
“effiċjenza enerġetika” tfisser il-proporzjon tal-output ta’ rendiment, servizz, oġġett jew enerġija għall-input tal-enerġija;
(9)
“iffrankar tal-enerġija” tfisser ammont ta’ enerġija ffrankata u ddeterminata b’kejl jew stima tal-konsum, jew it-tnejn li huma, qabel u wara l-implimentazzjoni ta’ miżura li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika, filwaqt li tkun żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija;
(10)
“titjib fl-effiċjenza enerġetika” tfisser żieda fl-effiċjenza enerġetika permezz ta’ kwalunkwe bidliet teknoloġiċi, komportamentali jew ekonomiċi;
(11)
“servizz tal-enerġija” tfisser il-benefiċċju fiżiku, l-utilità jew il-vantaġġ miksubin minn kombinament ta’ enerġija ma’ teknoloġija jew azzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li tista’ tinkludi l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni u l-kontroll meħtieġa biex jitwassal is-servizz, li jitwassal abbażi ta’ kuntratt u li f’ċirkostanzi normali wriet li tikseb titjib fl-effiċjenza enerġetika jew iffrankar tal-enerġija primarja li jista’ jiġi verifikat u mkejjel jew stmat;
(12)
“korpi pubbliċi” tfisser awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali u entitajiet iffinanzjati u amministrati direttament minn dawk l-awtoritajiet iżda li ma għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali;
(13)
“erja tal-art utli totali” tfisser l-erja tal-art ta’ binja jew ta’ parti minn binja, fejn l-enerġija tintuża biex tikkondizzjona l-klima interna;
(14)
“awtoritajiet kontraenti” tfisser awtoritajiet kontraenti kif definit fl-Artikoli 6(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 2(1), il-punt (1) tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/25/UE;
(15)
“entitajiet kontraenti” tfisser entitajiet kontraenti kif definit fl-Artikoli 7(1) tad-Direttiva 2014/23/UE u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE;
(16)
“sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija” tfisser sett ta’ elementi interrelatati jew interattivi ta’ strateġija li tistabbilixxi objettiv tal-effiċjenza enerġetika u pjan biex jinkiseb dak l-objettiv, inkluż il-monitoraġġ tal-konsum reali tal-enerġija, l-azzjonijiet meħuda biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika u l-kejl tal-progress;
(17)
“standard Ewropew” tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, li hu magħmul disponibbli għall-użu pubbliku;
(18)
“standard internazzjonali” tfisser standard adottat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, li huwa magħmul disponibbli għall-użu pubbliku;
(19)
“parti obbligata” tfisser distributur tal-enerġija, kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija bl-imnut jew operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, li huma marbuta bl-iskema nazzjonali tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 9;
(20)
“parti inkarigata” tfisser entità legali b’setgħa delegata minn gvern jew minn korp pubbliku ieħor biex tiżviluppa, tmexxi jew tħaddem skema ta’ finanzjament f’isem dak il-gvern jew il-korp pubbliku l-ieħor;
(21)
“parti parteċipanti” tfisser intrapriża jew korp pubbliku li impenjaw ruħhom li jilħqu ċerti objettivi bħala parti minn ftehim volontarju, jew li huma koperti bi strument ta’ politika regolatorju nazzjonali;
(22)
“awtorità pubblika ta’ implimentazzjoni” tfisser korp regolat minn liġi pubblika li hu responsabbli għat-twettiq jew il-monitoraġġ ta’ tassazzjoni fuq l-enerġija jew il-karbonju, skemi u strumenti finanzjarji, inċentivi fiskali, standards u normi, skemi tat-tikkettar tal-enerġija, taħriġ jew edukazzjoni;
(23)
“miżura ta’ politika” tfisser strument regolatorju, finanzjarju, fiskali, volontarju jew tal-għoti tal-informazzjoni stabbilit u implimentat formalment fi Stat Membru biex jinħoloq qafas ta’ appoġġ, rekwiżit jew inċentiv għall-atturi tas-suq biex jipprovdu u jixtru servizzi tal-enerġija u biex jieħdu miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza enerġetika;
(24)
“azzjoni individwali” tfisser azzjoni li twassal għal titjib fl-effiċjenza enerġetika li jista’ jiġi verifikat u mkejjel jew stmat u li sar bis-saħħa ta’ miżura ta’ politika;
(25)
“distributur tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluż operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni, li hi responsabbli għat-twassil tal-enerġija bil-għan li titwassal għand klijenti finali jew għand stazzjonijiet tad-distribuzzjoni li jbigħu l-enerġija lil klijenti finali;
(26)
“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser “operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2019/944 fir-rigward tal-elettriku jew fl-Artikolu 2, il-punt (6), tad-Direttiva 2009/73/KE, fir-rigward tal-gass;
(27)
“kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija bl-imnut” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tbigħ l-enerġija lil klijenti finali;
(28)
“klijent finali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu finali tagħha stess;
(29)
“fornitur ta’ servizz tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twassal servizzi ta’ enerġija jew miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika f’faċilità jew f’bini tal-klijent finali;
(30)
“intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser intrapriżi kif definit fl-Artikolu 2(1) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 3 );
(31)
“mikrointrapriża” tfisser intrapriża kif definit fl-Artikolu 2(3) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;
(32)
“awditu tal-enerġija” tfisser proċedura sistematika bil-għan li jinkiseb għarfien adegwat tal-profil tal-konsum tal-enerġija ta’ binja jew ta’ grupp ta’ bini, ta’ operazzjoni jew ta’ installazzjoni industrijali jew kummerċjali jew ta’ servizz privat jew pubbliku, li jiġu identifikati u kwantifikati opportunitajiet tal-iffrankar tal-enerġija kosteffettiv, jiġi identifikat il-potenzjal għal użu jew produzzjoni kosteffettivi tal-enerġija rinnovabbli, u jiġu rrapportati s-sejbiet;
(33)
“ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija” tfisser arranġament kuntrattwali bejn il-benefiċjarju u l-provditur ta’ miżura li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika, ivverifikata u monitorjata tul it-terminu kollu tal-kuntratt, fejn ix-xogħlijiet, il-provvista jew is-servizz f’dik il-miżura jitħallsu b’mod relattiv ma’ livell ta’ titjib tal-effiċjenza enerġetika miftiehem kuntrattwalment jew ma’ kriterju ieħor miftiehem tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, bħall-iffrankar finanzjarju;
(34)
“sistema ta’ kejl intelliġenti” tfisser sistema ta’ kejl intelliġenti kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (23), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew sistema ta’ kejl intelliġenti kif imsemmi fid-Direttiva 2009/73/KE;
(35)
“operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni” tfisser operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2019/944 fir-rigward tal-elettriku jew fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/73/KE fir-rigward tal-gass;
(36)
“koġenerazzjoni” tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta’ enerġija termali u ta’ enerġija elettrika jew mekkanika;
(37)
“domanda ġustifikabbli ekonomikament” tfisser domanda li ma taqbiżx il-ħtiġijiet tat-tisħin jew tat-tkessiħ u li kieku tiġi ssodisfata f’kundizzjonijiet tas-suq bi proċessi ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, għajr il-koġenerazzjoni;
(38)
“sħana utli” tfisser sħana ġġenerata bi proċess ta’ koġenerazzjoni biex tissodisfa domanda ġustifikabbli ekonomikament għal tisħin jew tkessiħ;
(39)
“elettriku minn koġenerazzjoni” tfisser elettriku ġġenerat bi proċess marbut mal-produzzjoni ta’ sħana utli u kkalkulat skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Anness II;
(40)
“koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja” tfisser koġenerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness III;
(41)
“effiċjenza kumplessiva” tfisser it-total annwali tal-produzzjoni tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika u tal-output tas-sħana utli diviża bl-input tal-fjuwil użat għas-sħana ġġenerata bi proċess ta’ koġenerazzjoni u bil-produzzjoni grossa tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika;
(42)
“proporzjon tal-enerġija għas-sħana” tfisser il-proporzjon tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għas-sħana utli waqt operazzjoni fil-modalità ta’ koġenerazzjoni sħiħa bl-użu ta’ data operazzjonali tal-unità speċifika;
(43)
“unità ta’ koġenerazzjoni” tfisser unità li tista’ topera f’modalità ta’ koġenerazzjoni;
(44)
“unità ta’ koġenerazzjoni ta’ skala żgħira” tfisser unità ta’ koġenerazzjoni b’kapaċità installata inqas minn 1 MWe;
(45)
“unità ta’ mikrokoġenerazzjoni” tfisser unità ta’ koġenerazzjoni b’kapaċità massima inqas minn 50 kWe;
(46)
“tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti” tfisser sistema ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 26;
(47)
“tisħin u tkessiħ effiċjenti” tfisser alternattiva ta’ tisħin u tkessiħ li, meta mqabbla ma’ xenarju bażiku li jirrifletti s-sitwazzjoni attwali, tnaqqas b’mod miżurabbli l-input tal-enerġija primarja meħtieġa biex tiġi fornuta unità waħda tal-enerġija mwassla fi ħdan konfini ta’ sistema rilevanti b’mod kosteffettiv, kif ivvalutata fl-analiżi tal-kost-benefiċċji msemmija f’din id-Direttiva, b’kunsiderazzjoni tal-enerġija meħtieġa għall-estrazzjoni, il-konverżjoni, il-ġarr u d-distribuzzjoni;
(48)
“tisħin u tkessiħ individwali effiċjenti” tfisser alternattiva ta’ provvista ta’ tisħin u tkessiħ individwali li, meta mqabbla ma’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, tnaqqas b’mod miżurabbli l-input tal-enerġija primarja mhux rinnovabbli meħtieġa biex tiġi fornuta unità waħda tal-enerġija mwassla fi ħdan konfini ta’ sistema rilevanti, jew teħtieġ l-istess input ta’ enerġija primarja mhux rinnovabbli iżda b’inqas kost, b’kunsiderazzjoni tal-enerġija meħtieġa għall-estrazzjoni, il-konverżjoni, il-ġarr u d-distribuzzjoni;
(49)
“ċentru tad-data” tfisser ċentru tad-data kif definit fl-Anness A, il-punt 2.6.3.1.16, għar-Regolament (KE) Nru 1099/2008;
(50)
“rinnovazzjoni sostanzjali” tfisser rinnovazzjoni li l-kost tagħha jaqbeż il-50 % tal-kost tal-investiment għal unità ġdida komparabbli;
(51)
“aggregatur” tfisser aggregatur indipendenti kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (19), tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(52)
“faqar enerġetiku” tfisser in-nuqqas ta’ aċċess ta’ unità domestika għal servizzi essenzjali tal-enerġija, fejn tali servizzi jipprovdu livelli bażiċi u standards tal-għajxien u tas-saħħa deċenti, inkluż tisħin, ilma sħun, tkessiħ, tidwil u enerġija għall-apparati domestiċi adegwati, fil-kuntest nazzjonali rilevanti, il-politika soċjali nazzjonali eżistenti u politiki nazzjonali rilevanti oħra, ikkawżat minn taħlita ta’ fatturi, inkluż mill-inqas għal nuqqas ta’ affordabbiltà, introjtu disponibbli insuffiċjenti, nefqa għolja għall-enerġija u effiċjenza enerġetika baxxa tad-djar;
(53)
“utent finali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri t-tisħin, it-tkessiħ jew il-misħun domestiku għall-użu finali tagħha stess, jew persuna fiżika jew ġuridika li tokkupa binja jew unità individwali f’binja b’diversi appartamenti jew b’diversi użi, fornuta b’tisħin, tkessiħ jew misħun domestiku minn sors ċentrali, fejn tali persuna li ma jkollha l-ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija;
(54)
“inċentivi maqsuma” tfisser in-nuqqas ta’ distribuzzjoni ġusta u raġonevoli ta’ obbligi finanzjarji u premjijiet relatati ma’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika fost l-atturi kkonċernati, pereżempju s-sidien u l-inkwilini jew is-sidien differenti tal-unitajiet tal-bini, jew is-sidien u l-inkwilini jew is-sidien differenti ta’ bini b’diversi appartamenti jew b’diversi użi.
(55)
“strateġija ta’ involviment” tfisser strateġija li tistabbilixxi objettivi, tiżviluppa tekniki u tistabbilixxi l-proċess li bih jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livell nazzjonali jew lokali, inkluż rappreżentanti tas-soċjetà ċivili bħall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, fil-proċess tat-tfassil tal-politika, bil-għan li tiżdied is-sensibilizzazzjoni, jinkiseb feedback dwar tali politiki u tittejjeb l-aċċettazzjoni pubblika tagħhom.
(56)
“proporzjon statistikament sinifikanti u kampjun rappreżentattiv tal-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika” tfisser proporzjon u kampjun li jeħtieġu l-istabbiliment ta’ subsett ta’ popolazzjoni statistika tal-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija inkwistjoni, b’tali mod li dan ikun jirrifletti l-popolazzjoni kollha tal-miżuri kollha tal-iffrankar tal-enerġija, biex b’hekk ikunu jistgħu jsiru konklużjonijiet raġonevolment affidabbli rigward il-fiduċja fit-totalità tal-miżuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|