+Artikolu 5 Is-settur pubbliku fuq quddiem nett fl-effiċjenza enerġetika
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.

Artikolu 5 Is-settur pubbliku fuq quddiem nett fl-effiċjenza enerġetika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsum totali finali tal-enerġija tal-korpi pubbliċi kollha flimkien jitnaqqas b’mill-inqas 1,9 % kull sena, meta mqabbel mal-2021.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jeskludu t-trasport pubbliku jew il-forzi armati mill-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

Għall-finijiet tal-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu linja bażi, li tinkludi l-konsum finali tal-enerġija tal-korpi pubbliċi kollha, ħlief fit-trasport pubbliku jew fil-forzi armati, għall-2021. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija tat-trasport pubbliku u tal-forzi armati huwa indikattiv u xorta jista’ jgħodd għall-issodisfar tal-obbligu skont l-ewwel subparagrafu anki jekk ikun eskluż mil-linja bażi skont dan l-Artikolu.

Artikolu 5 2.
Matul perjodu tranżitorju li jintemm fil-11 ta’ Ottubru 2027, il-mira stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tkun indikattiva. Matul dak il-perjodu tranżitorju, l-Istati Membri jistgħu jużaw stima tad-data dwar il-konsum, u, sal-istess data, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-linja bażi u jallinjaw il-konsum finali stmat tal-enerġija tal-korpi pubbliċi kollha mal-konsum tal-enerġija finali reali tal-korpi pubbliċi kollha.
Artikolu 5 3.
L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jinkludi, sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-konsum tal-enerġija ta’ korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’popolazzjoni inqas minn 50 000 abitant u, sal-31 ta’ Diċembru 2029, il-konsum tal-enerġija ta’ korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’popolazzjoni inqas minn 5 000 abitant.
Artikolu 5 4.
Meta jikkalkula l-konsum tal-enerġija finali tal-korpi pubbliċi tiegħu, Stat Membru jista’ jqis il-varjazzjonijiet klimatiċi fl-Istat Membru.
Artikolu 5 5.
L-Istati Membri għandhom jinkludu fl-aġġornamenti, ippreżentati skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, innotifikati skont l-Artikolu 3 u l-Artikoli 7 sa 12 ta’ dak ir-Regolament, l-ammont ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija li jrid jinkiseb mill-korpi pubbliċi kollha, diżaggregat skont is-settur, u l-miżuri li jippjanaw li jadottaw bl-għan li jiksbu dak it-tnaqqis. Bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni t-tnaqqis fil-konsum finali tal-enerġija miksub kull sena.
Artikolu 5 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jistabbilixxu miżuri speċifiċi tal-effiċjenza enerġetika fl-għodod tal-ippjanar fit-tul tagħhom, bħad-dekarbonizzazzjoni jew il-pjanijiet tal-enerġija sostenibbli, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż mal-aġenziji tal-enerġija meta xieraq, u mal-pubbliku, inkluż, b’mod partikolari, gruppi vulnerabbli li huma f’riskju li jiġu affettwati mill-faqar enerġetiku jew li huma aktar suxxettibbli għall-effetti tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjonijiet biex itaffu l-impatti negattivi diretti jew indiretti sinifikanti tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fuq l-unitajiet domestiċi foqra fl-enerġija, fuq l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew fuq il-gruppi vulnerabbli meta jfasslu u jimplimentaw miżuri tal-effiċjenza enerġetika.

Artikolu 5 7.
L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-korpi pubbliċi. Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, tali appoġġ jista’ jinkludi appoġġ finanzjarju u tekniku, għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u li jħeġġu lil korpi pubbliċi jqisu l-benefiċċji usa’ lil hinn mill-iffrankar tal-enerġija, pereżempju l-kwalità tal-ambjent ta’ ġewwa, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, billi jipprovdu linji gwida, jippromwovu l-bini tal-kompetenzi, l-akkwist tal-ħiliet u l-opportunitajiet ta’ taħriġ, u billi jħeġġu l-kooperazzjoni fost il-korpi pubbliċi.
Artikolu 5 8.
L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-korpi pubbliċi biex jikkunsidraw l-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja, kif ukoll il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tal-attivitajiet ta’ investiment u ta’ politika tal-korpi pubbliċi tagħhom.
Artikolu 5 9.
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi biex itejbu r-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi jew okkupat minnhom, inkluż permezz tas-sostituzzjoni ta’ ħiters qodma u ineffiċjenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.