+Artikolu 7 L-akkwist pubbliku
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 7 8.
|
Artikolu 7 L-akkwist pubbliku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Sakemm ma jkunx teknikament fattibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, meta jikkonkludu kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet ta’ valur daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/23/UE, fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE, jixtru biss prodotti, servizzi, binjiet u xogħolijiet b’rendiment għoli tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li meta jikkonkludu l-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet ta’ valur daqs jew aktar mil-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti japplikaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” f’konformità mal-Artikolu 3, inkluż għal dawk il-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet li għalihom m’hemm previst l-ebda rekwiżit speċifiku fl-Anness IV.
|
|
Artikolu 7 2.
|
L-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk idgħajfu s-sigurtà pubblika jew jimpedixxu r-rispons għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika. L-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-kuntratti tal-forzi armati biss sa fejn l-applikazzjoni tagħhom ma toħloqx kunflitt man-natura u mal-għan primarju tal-attivitajiet tal-forzi armati. L-obbligi ma għandhomx japplikaw għall-kuntratti għall-provvista ta’ tagħmir militari kif definit fid-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
).
|
|
Artikolu 7 3.
|
Minkejja l-Artikolu 29(4), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jivvalutaw il-fattibbiltà li jiġu konklużi kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fit-tul li jipprovdu ffrankar tal-enerġija fit-tul meta jiffirmaw kuntratti ta’ servizzi b’kontenut sinifikanti ta’ enerġija.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta jinxtara pakkett ta’ prodotti kopert għalkollox minn att delegat adottat skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-effiċjenza enerġetika aggregata tieħu prijorità fuq l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti individwali f’dak il-pakkett, billi jinxtara l-pakkett ta’ prodotti li jkun konformi mal-kriterju li jappartjeni għall-ogħla klassi ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli.
|
|
Artikolu 7 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, meta jikkonkludu kuntratti kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, iqisu, meta xieraq, aspetti usa’ ta’ sostenibbiltà, soċjali, ambjentali u tal-ekonomija ċirkolari fil-prattiki tal-akkwist biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tad-dekarbonizzazzjoni u ta’ tniġġis żero. Meta xieraq u f’konformità mal-Anness IV, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni jew il-kriterji nazzjonali ekwivalenti disponibbli. Biex tkun żgurata t-trasparenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fil-proċess tal-akkwist, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti agħmlu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-impatt tal-effiċjenza enerġetika ta’ kuntratti b’valur daqs jew aktar mil-limiti msemmija fil-paragrafu 1 billi jippubblikaw dik l-informazzjoni fl-avviżi rispettivi fuq Tenders Electronic Daily (TED), skont id-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 (
6
). L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jirrikjedu li l-offerenti jiżvelaw informazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja, l-użu ta’ materjali b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ċ-ċirkolarità tal-materjali użati għal bini ġdid u bini li għandu jiġi rinnovat. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament għall-kuntratti, b’mod partikolari għal bini ġdid li jkollu erja tal-art akbar minn 2 000 m2. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti fl-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, billi jipprovdu regoli u linji gwida ċari, inkluż metodoloġiji, dwar il-valutazzjoni tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u l-impatti u l-kostijiet ambjentali, jistabbilixxu ċentri ta’ appoġġ għall-kompetenzi, iħeġġu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kontraenti, inkluż bejn il-fruntieri, u jużaw l-akkwist aggregat u l-akkwist diġitali meta possibbli.
|
|
Artikolu 7 6.
|
Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi aktar gwida lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-uffiċjali tal-akkwist fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fil-proċess tal-akkwist. Tali appoġġ jista’ jsaħħaħ il-fora eżistenti għall-fini ta’ appoġġ lill-Istati Membri, bħal permezz ta’ azzjoni konċertata, u tista’ tgħinhom iqisu l-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku.
|
|
Artikolu 7 7.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet legali u regolatorji, u l-prattiki amministrattivi, fir-rigward tax-xiri pubbliku u tal-ibbaġitjar u tal-kontabbiltà annwali, li huma meħtieġa biex ikun żgurat li awtoritajiet kontraenti individwali ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu investimenti li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u milli jużaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u mekkaniżmi ta’ finanzjament oħra ta’ partijiet terzi fuq bażi kuntrattwali fit-tul.
|
|
Artikolu 7 8.
|
L-Istati Membri għandhom ineħħu kwalunkwe ostaklu regolatorju u mhux regolatorju għall-effiċjenza enerġetika, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji, u l-prattiki amministrattivi, fir-rigward tax-xiri pubbliku u tal-ibbaġitjar u tal-kontabbiltà annwali, biex ikun żgurat li l-korpi pubbliċi individwali ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu investimenti li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u milli jużaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u mekkaniżmi ta’ finanzjament ta’ partijiet terzi fuq bażi kuntrattwali fit-tul. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex jindirizzaw l-ostakli għall-adozzjoni tat-titjib tal-effiċjenza enerġetika bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima tagħhom ippreżentati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|