+Artikolu 7 5.
|
Artikolu 7 5.
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, meta jikkonkludu kuntratti kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, iqisu, meta xieraq, aspetti usa’ ta’ sostenibbiltà, soċjali, ambjentali u tal-ekonomija ċirkolari fil-prattiki tal-akkwist biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tad-dekarbonizzazzjoni u ta’ tniġġis żero. Meta xieraq u f’konformità mal-Anness IV, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni jew il-kriterji nazzjonali ekwivalenti disponibbli. Biex tkun żgurata t-trasparenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fil-proċess tal-akkwist, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti agħmlu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-impatt tal-effiċjenza enerġetika ta’ kuntratti b’valur daqs jew aktar mil-limiti msemmija fil-paragrafu 1 billi jippubblikaw dik l-informazzjoni fl-avviżi rispettivi fuq Tenders Electronic Daily (TED), skont id-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 (
6
). L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jirrikjedu li l-offerenti jiżvelaw informazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja, l-użu ta’ materjali b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ċ-ċirkolarità tal-materjali użati għal bini ġdid u bini li għandu jiġi rinnovat. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament għall-kuntratti, b’mod partikolari għal bini ġdid li jkollu erja tal-art akbar minn 2 000 m2. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti fl-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, billi jipprovdu regoli u linji gwida ċari, inkluż metodoloġiji, dwar il-valutazzjoni tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u l-impatti u l-kostijiet ambjentali, jistabbilixxu ċentri ta’ appoġġ għall-kompetenzi, iħeġġu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kontraenti, inkluż bejn il-fruntieri, u jużaw l-akkwist aggregat u l-akkwist diġitali meta possibbli.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|