|
+Artikolu 8 1. |
Artikolu 8 1.L-Istati Membri għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali tal-anqas ekwivalenti għal:
(a)
iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 ta’ 1,5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lil klijenti finali skont il-volum, b’medja tal-aktar tliet snin riċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2013. Il-bejgħ tal-enerġija, bil-volum, użata fit-trasport jista’ jiġi eskluż parzjalment jew għalkollox minn dak il-kalkolu;
(b)
iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030 ta’:
(i)
0,8 % tal-konsum tal-enerġija finali annwali mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023, b’medja tal-aktar tliet snin reċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019;
(ii)
1,3 % tal-konsum tal-enerġija finali annwali mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2025, b’medja tal-aktar tliet snin reċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019;
(iii)
1,5 % tal-konsum tal-enerġija finali annwali mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2027, b’medja tal-aktar tliet snin reċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019;
(iv)
1,9 % tal-konsum tal-enerġija finali annwali mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2030, b’medja tal-aktar tliet snin reċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019. B’deroga mill-punt (b)(i) tal-ewwel subparagrafu, Ċipru u Malta għandhom jiksbu ffrankar ġdid kull sena mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023, ekwivalenti għal 0,24 % tal-konsum tal-enerġija finali annwali, b’medja tal-aktar tliet snin reċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019. B’deroga mil-punti (b)(ii), (iii) u (iv) tal-ewwel subparagrafu, Ċipru u Malta għandhom jiksbu ffrankar ġdid kull sena mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2030 ekwivalenti għal 0,45 % tal-FEC annwali, b’medja tal-aktar tliet snin reċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif iqassmu f’fażijiet il-kwantità kkalkulata ta’ ffrankar ġdid fuq kull perjodu msemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, sakemm l-iffrankar kumulattiv totali meħtieġ fl-użu finali tal-enerġija jkun intlaħaq sal-aħħar ta’ kull perjodu ta’ obbligu. L-Istati Membri għandhom ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid, skont ir-rata tal-iffrankar prevista fil-punt (b)(iv) tal-ewwel subparagrafu għal perjodi ta’ għaxar snin wara l-2030. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|