|
+Artikolu 8 3. |
Artikolu 8 3.L-Istati Membri għandhom jimplimentaw skemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika, miżuri ta’ politika alternattivi, jew taħlita tat-tnejn, jew programmi jew miżuri ffinanzjati minn fond nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika, bħala prijorità fost, iżda mhux limitata għal, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ politika implimentati skont dan l-Artikolu ma jkollhom l-ebda effett negattiv fuq dawk il-persuni. Meta applikabbli, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu possibbli tal-finanzjament, inkluż il-finanzjament pubbliku, il-faċilitajiet ta’ finanzjament stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, u d-dħul mill-kwoti skont l-Artikolu 24(3), il-punt (b), biex jitneħħew l-effetti negattivi u tkun żgurata tranżizzjoni tal-enerġija ġusta u inklużiva. Għall-fini tal-kisba tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġa skont il-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2019/943 u d-Direttiva (UE) 2019/944, l-Istati Membri għandhom, għall-fini tat-tfassil ta’ dawn il-miżuri ta’ politika, jikkunsidraw u jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini fil-kontribut għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri ta’ politika. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jiksbu sehem tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Dan is-sehem għandu tal-anqas ikun daqs il-proporzjon tal-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku kif ivvalutat fil-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima tagħhom stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3(3), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2018/1999. Fil-valutazzjoni tagħhom tas-sehem tal-faqar enerġetiku fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-indikaturi li ġejjin:
(a)
l-inabbiltà li d-dar tinżamm sħuna kif xieraq (Eurostat, SILC [ilc_mdes01]);
(b)
l-arretrati fuq il-kontijiet tal-utilità (Eurostat, SILC, [ilc_mdes07]);
(c)
il-popolazzjoni totali ta’ nies li jgħixu f’abitazzjoni b’saqaf iqattar, ħitan, art jew pedamenti umdi jew tmermir fl-oqfsa tat-twieqi jew fl-art (Eurostat, SILC [ilc_mdho01]);
(d)
ir-rata tar-riskju ta’ faqar (stħarriġ ta’ Eurostat, SILC u ECHP [ilc_li02]) (punt ta’ limitu: 60 % tal-introjtu medjan ekwivalizzat wara t-trasferimenti soċjali). Jekk Stat Membru ma nnotifikax is-sehem ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku kif ivvalutat fil-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tiegħu, is-sehem tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, għandu jkun tal-anqas daqs is-sehem medju aritmetiku tal-indikaturi msemmija fit-tielet subparagrafu għas-sena 2019 jew, jekk mhux disponibbli għall-2019, għall-estrapolazzjoni lineari tal-valuri tagħhom għall-aħħar tliet snin disponibbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|