|
+Artikolu 8 8. |
Artikolu 8 8.Soġġett għall-paragrafu 9, kull Stat Membru jista’:
(a)
iwettaq il-kalkolu meħtieġ taħt il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), billi juża valuri ta’ 1 % fl-2014 u fl-2015, 1,25 % fl-2016 u fl-2017, u ta’ 1,5 % fl-2018, l-2019 u l-2020;
(b)
jeskludi mill-kalkolu l-bejgħ kollu jew parti mill-bejgħ tal-enerġija użata, bil-volum, rigward il-perjodu ta’ obbligu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jew l-enerġija finali kkunsmata, rigward il-perjodu ta’ obbligu msemmi fil-punt (b) (i) ta’ dak is-subparagrafu, mill-attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;
(c)
jgħodd, mal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b)(i), l-iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni tal-enerġija, inkluż l-infrastruttura tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti, bl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25(4), fil-punt (a) tal-Artikolu 26(7), u l-Artikolu 27(1), (5) sa (9) u (11). L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ politika maħsuba tagħhom skont dan il-punt għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 u sal-31 ta’ Diċembru 2030 bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima nnotifikati skont l-Artikolu 3 u l-Artikoli 7 sa 12. L-impatt ta’ dawk il-miżuri għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness V u jiġi inkluż f’dawk il-pjanijiet;
(d)
jgħodd mal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija, l-iffrankar tal-enerġija miksub minn azzjonijiet individwali ġodda li jkunu ġew implimentati mill-31 ta’ Diċembru 2008 u li baqa’ jkollhom impatt fl-2020 rigward il-perjodu ta’ obbligu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u wara l-2020 rigward il-perjodu msemmi fil-punt (b) (i) ta’ dak is-subparagrafu, u li jista’ jiġi mkejjel u verifikat;
(e)
jgħodd, mal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija, l-iffrankar tal-enerġija miksub minn miżuri ta’ politika, diment li jkun jista’ jintwera li dawk il-miżuri jwasslu għal azzjonijiet individwali mwettqa mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u li jiksbu ffrankar wara l-31 ta’ Diċembru 2020;
(f)
jeskludi mill-kalkolu tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) (i), 30 % tal-ammont verifikabbli ta’ enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini għal użu proprju permezz ta’ miżuri ta’ politika li jippromwovu installazzjonijiet ġodda ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli;
(g)
jgħodd mal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b)(i), l-iffrankar tal-enerġija li jaqbeż l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu ta’ obbligu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, diment li dak l-iffrankar jinkiseb minn azzjonijiet individwali mwettqa skont il-miżuri ta’ politika msemmijin fl-Artikoli 9 u 10, notifikati mill-Istati Membri fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom għall-effiċjenza enerġetika u rrappurtati fir-rapporti ta’ progress tagħhom skont l-Artikolu 26. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|