+Artikolu 10 Miżuri ta’ politika alternattivi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
|
Artikolu 10 Miżuri ta’ politika alternattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jwettqu l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-iffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 8(1) permezz ta’ miżuri ta’ politika alternattivi, huma għandhom jiżguraw, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(8) u (9), li l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont l-Artikolu 8(1) jinkiseb fost il-klijenti aħħarin.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Għall-miżuri kollha għajr dawk li jirrelataw mat-tassazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika li taħthom issir verifika dokumentata fuq tal-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija attwati mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati. Il-kejl, il-kontroll u l-verifika għandhom isiru indipendentement mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati.
|
|
Artikolu 10 3.
|
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, dwar is-sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika stabbiliti inkluż il-metodi użati, il-kwistjonijiet identifikati u kif dawn ġew indirizzati.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Meta jirrapportaw miżura ta’ tassazzjoni, l-Istati Membri għandhom juru kif fit-tfassil tal-miżura ta’ tassazzjoni ġiet żgurata l-effikaċja tas-sinjal tal-prezz, bħal pereżempju r-rata tat-taxxa u l-viżibbiltà maż-żmien. Meta jkun hemm tnaqqis fir-rata tat-taxxa, l-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw kif il-miżuri ta’ tassazzjoni għadhom iwasslu għal iffrankar tal-enerġija ġdid.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|