+Artikolu 22 8.

Artikolu 22 8.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali, l-utenti finali, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, jkollhom aċċess għal mekkaniżmi barra l-qorti sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effettivi u effiċjenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim rigward id-drittijiet u l-obbligi previsti f’din id-Direttiva, permezz ta’ mekkaniżmu indipendenti bħal ombudsman tal-enerġija jew korp tal-konsumaturi, jew permezz ta’ awtorità regolatorja. Meta jkun klijent finali jkun konsumatur kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), dawn il-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fiha. Mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li diġà jeżistu fl-Istati Membri jistgħu jintużaw għal dak il-għan, sakemm ikunu ugwalment effettivi.

Meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tar-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim jikkooperaw biex jipprovdu mekkaniżmi sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effettivi u effiċjenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti, għal kull tilwima li tinqala’ minn prodotti jew servizzi relatati jew magħquda ma’ xi prodott jew servizz li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Il-parteċipazzjoni tal-intrapriżi f’mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti għall-klijenti domestiċi għandha tkun obbligatorja sakemm l-Istat Membru ma jurix lill-Kummissjoni li hemm mekkaniżmi oħra effettivi daqshom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.