+Artikolu 22 Informazzjoni lill-konsumaturi u sensibilizzazzjoni
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
---+Artikolu 22 8.
---+Artikolu 22 9.
---+Artikolu 22 10.
|
Artikolu 22 Informazzjoni lill-konsumaturi u sensibilizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, fejn applikabbli, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-azzjonijiet individwali u l-oqfsa finanzjarji u legali tkun trasparenti, aċċessibbli u disseminata b’mod wiesa’ fost l-atturi rilevanti kollha tas-suq, bħall-klijenti finali, l-utenti finali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-aġenziji tal-enerġija, il-fornituri tas-servizzi soċjali, il-bennejja, il-periti, l-inġiniera, l-awdituri ambjentali u tal-enerġija, u l-installaturi tal-elementi tal-bini kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva 2010/31/UE.
|
|
Artikolu 22 2.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu u jiffaċilitaw użu effiċjenti tal-enerġija mill-klijenti finali u mill-utenti finali. Dawk il-miżuri għandhom ikunu parti minn strateġija nazzjonali, bħall-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima previsti fir-Regolament (UE) 2018/1999, jew l-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul stabbilita f’konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, dawk il-miżuri għandhom jinkludu firxa ta’ strumenti u politiki li jippromwovu bidla fl-imġiba bħal:
(b)
aċċess għal finanzi, vawċers, għotjiet jew sussidji;
(c)
valutazzjonijiet tal-konsum tal-enerġija appoġġati pubblikament u servizzi ta’ konsulenza u appoġġ immirati għal konsumaturi li huma unitajiet domestiċi, b’mod partikolari persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, konsumaturi vulnerabbli u, fejn japplika, persuni li jgħixu fl-akkomodazzjoni soċjali;
(d)
servizzi ta’ konsulenza mmirati għall-SMEs u l-mikrointrapriżi;
(e)
għoti tal-informazzjoni b’format aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà;
(g)
attivitajiet fuq il-post tax-xogħol;
(j)
strateġiji ta’ involviment.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-ħolqien ta’ qafas ta’ appoġġ għall-atturi tas-suq bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari għal:
(a)
il-ħolqien ta’ one-stop shops jew mekkaniżmi simili għall-għoti ta’ pariri tekniċi, amministrattivi u finanzjarji u għal assistenza dwar l-effiċjenza enerġetika, pereżempju verifiki tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi, rinnovazzjonijiet tal-enerġija tal-bini, informazzjoni dwar is-sostituzzjoni ta’ sistemi tat-tisħin antiki u ineffiċjenti b’apparati moderni u aktar effiċjenti u l-użu tal-enerġija rinnovabbli u ħżin tal-enerġija għall-bini, lil klijenti finali u utenti finali, speċjalment dawk tal-unitajiet domestiċi u mhux domestiċi żgħar, inkluż l-SMEs u l-mikrointrapriżi;
(b)
kooperazzjoni ma’ atturi privati li jipprovdu servizzi bħal awditi tal-enerġija u valutazzjonijiet tal-konsum tal-enerġija, soluzzjonijiet ta’ finanzjament u eżekuzzjoni ta’ rinnovazzjonijiet tal-enerġija;
(c)
il-komunikazzjoni ta’ bidliet kosteffettivi u li jistgħu jinkisbu faċilment fl-użu tal-enerġija;
(d)
id-disseminazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u strumenti ta’ finanzjament;
(e)
il-forniment ta’ punti uniċi ta’ kuntatt, biex il-klijenti finali u l-utenti finali jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, il-liġi applikabbli u l-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim disponibbli għalihom f’każ ta’ tilwim. Dawn il-punti uniċi ta’ kuntatt jistgħu jkunu parti minn punti ta’ informazzjoni ġenerali għall-konsumaturi.
|
|
Artikolu 22 4.
|
Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, u, fejn xieraq, mal-partijiet ikkonċernati privati, għandhom jistabbilixxu punti uniċi ta’ servizz iddedikati jew mekkaniżmi simili għall-għoti ta’ pariri tekniċi, amministrattivi u finanzjarji għall-effiċjenza enerġetika. Dawk il-faċilitajiet għandhom:
(a)
jagħtu pariri b’informazzjoni simplifikata dwar possibbiltajiet u soluzzjonijiet tekniċi u finanzjarji lill-unitajiet domestiċi, l-SMEs, il-mikrointrapriżi u l-korpi pubbliċi;
(b)
jipprovdu appoġġ olistiku lill-unitajiet domestiċi kollha, b’attenzjoni partikolari għall-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku u għall-bini bl-agħar prestazzjoni, kif ukoll lill-kumpaniji akkreditati u lill-installaturi li jipprovdu servizzi ta’ modifika retroattiva, adattati għal tipoloġiji ta’ akkomodazzjoni u skop ġeografiku differenti u jipprovdu appoġġ li jkopri l-istadji differenti tal-proġett ta’ modifika retroattiva, inkluż biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ standard minimu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fejn tali standard ikun previst f’att leġiżlattiv tal-Unjoni;
(c)
jagħtu pariri dwar l-imġiba fil-konsum tal-enerġija.
|
|
Artikolu 22 5.
|
Il-faċilitajiet ta’ punti uniċi ta’ servizz iddedikati kif imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom, fejn xieraq:
(a)
jipprovdu informazzjoni dwar professjonisti kkwalifikati tal-effiċjenza enerġetika;
(b)
jiġbru data aggregata skont it-tipoloġija minn proġetti tal-effiċjenza enerġetika, jaqsmu l-esperjenzi u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku;
(c)
joħolqu konnessjoni bejn proġetti potenzjali u l-atturi tas-suq, b’mod partikolari proġetti lokali fuq skala iżgħar,
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u ttejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward tagħhom.
|
|
Artikolu 22 6.
|
Il-punti uniċi ta’ servizz imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom joffru servizzi ddedikati għal persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, klijenti vulnerabbli u persuni li ġejjin minn familji b’introjtu baxx. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’linji gwida għall-iżvilupp ta’ dawn il-one-stop shops bil-għan li jinħoloq approċċ armonizzat fl-Unjoni kollha. Il-linji gwida għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni fost il-korpi pubbliċi, l-aġenziji tal-enerġija u inizjattivi mmexxija mill-komunità.
|
|
Artikolu 22 7.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet xierqa għall-atturi tas-suq biex jipprovdu informazzjoni adegwata u mmirata u konsulenza dwar l-effiċjenza enerġetika lill-konsumaturi finali, inkluż il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, l-SMEs u l-mikrointrapriżi.
|
|
Artikolu 22 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali, l-utenti finali, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, jkollhom aċċess għal mekkaniżmi barra l-qorti sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effettivi u effiċjenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim rigward id-drittijiet u l-obbligi previsti f’din id-Direttiva, permezz ta’ mekkaniżmu indipendenti bħal ombudsman tal-enerġija jew korp tal-konsumaturi, jew permezz ta’ awtorità regolatorja. Meta jkun klijent finali jkun konsumatur kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
), dawn il-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fiha. Mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li diġà jeżistu fl-Istati Membri jistgħu jintużaw għal dak il-għan, sakemm ikunu ugwalment effettivi. Meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tar-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim jikkooperaw biex jipprovdu mekkaniżmi sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effettivi u effiċjenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti, għal kull tilwima li tinqala’ minn prodotti jew servizzi relatati jew magħquda ma’ xi prodott jew servizz li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-parteċipazzjoni tal-intrapriżi f’mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti għall-klijenti domestiċi għandha tkun obbligatorja sakemm l-Istat Membru ma jurix lill-Kummissjoni li hemm mekkaniżmi oħra effettivi daqshom.
|
|
Artikolu 22 9.
|
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażiċi tal-liġijiet tagħhom dwar il-proprjetà u dwar il-kiri, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ineħħu ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza enerġetika rigward l-inċentivi maqsuma bejn is-sidien u l-inkwilini, jew fost is-sidien ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, biex ikun żgurat li dawk il-partijiet ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu investimenti li jtejbu l-effiċjenza minħabba l-fatt li individwalment ma jiksbux benefiċċji sħaħ jew minħabba nuqqas ta’ regoli għall-qsim tal-kostijiet u l-benefiċċji bejniethom. Miżuri li jneħħu dawn l-ostakli jistgħu jinkludu l-għoti ta’ inċentivi, ir-revoka jew l-emendar ta’ dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, l-adozzjoni ta’ linji gwida u ta’ komunikazzjonijiet interpretattivi, is-simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi, inkluż regoli u miżuri nazzjonali li jirregolaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi proprjetajiet b’diversi sidien, u l-possibbiltà ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament minn partijiet terzi. Il-miżuri jistgħu jiġu kkombinati mal-għoti ta’ edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni u assistenza teknika speċifiċi dwar l-effiċjenza enerġetika lill-atturi tas-suq bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jappoġġaw djalogu multilaterali fost is-sħab rilevanti, pereżempju l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-sidien u l-inkwilini, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, id-distributur tal-enerġija jew il-kumpaniji li jbigħu l-enerġija bl-imnut, l-ESCOs, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, l-awtoritajiet pubbliċi u l-aġenziji, bil-għan li jiġu stabbiliti proposti dwar miżuri, inċentivi u linji gwida aċċettati b’mod konġunt li huma rilevanti għall-inċentivi maqsuma bejn is-sidien u l-inkwilini, jew fost is-sidien ta’ binja jew ta’ unità tal-bini. Kull Stat Membru għandu jirrapporta dawn l-ostakli u l-miżuri meħuda fl-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul tiegħu stabbilita skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE u r-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 22 10.
|
Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-iskambju u d-distribuzzjoni wiesgħa tal-informazzjoni dwar prattiki tajba u metodoloġiji ta’ effiċjenza enerġetika u tipprovdi assistenza teknika biex ittaffi l-inċentivi maqsuma fl-Istati Membri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|