+Artikolu 22 9.

Artikolu 22 9.

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażiċi tal-liġijiet tagħhom dwar il-proprjetà u dwar il-kiri, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ineħħu ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza enerġetika rigward l-inċentivi maqsuma bejn is-sidien u l-inkwilini, jew fost is-sidien ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, biex ikun żgurat li dawk il-partijiet ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu investimenti li jtejbu l-effiċjenza minħabba l-fatt li individwalment ma jiksbux benefiċċji sħaħ jew minħabba nuqqas ta’ regoli għall-qsim tal-kostijiet u l-benefiċċji bejniethom.

Miżuri li jneħħu dawn l-ostakli jistgħu jinkludu l-għoti ta’ inċentivi, ir-revoka jew l-emendar ta’ dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, l-adozzjoni ta’ linji gwida u ta’ komunikazzjonijiet interpretattivi, is-simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi, inkluż regoli u miżuri nazzjonali li jirregolaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi proprjetajiet b’diversi sidien, u l-possibbiltà ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament minn partijiet terzi. Il-miżuri jistgħu jiġu kkombinati mal-għoti ta’ edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni u assistenza teknika speċifiċi dwar l-effiċjenza enerġetika lill-atturi tas-suq bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jappoġġaw djalogu multilaterali fost is-sħab rilevanti, pereżempju l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-sidien u l-inkwilini, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, id-distributur tal-enerġija jew il-kumpaniji li jbigħu l-enerġija bl-imnut, l-ESCOs, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, l-awtoritajiet pubbliċi u l-aġenziji, bil-għan li jiġu stabbiliti proposti dwar miżuri, inċentivi u linji gwida aċċettati b’mod konġunt li huma rilevanti għall-inċentivi maqsuma bejn is-sidien u l-inkwilini, jew fost is-sidien ta’ binja jew ta’ unità tal-bini.

Kull Stat Membru għandu jirrapporta dawn l-ostakli u l-miżuri meħuda fl-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul tiegħu stabbilita skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE u r-Regolament (UE) 2018/1999.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.