|
+Artikolu 24 3. |
Artikolu 24 3.Biex jgħinu lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli, lill-persuni li ġejjin minn familji b’introjtu baxx u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, l-Istati Membri għandhom, meta applikabbli:
(a)
jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika biex itaffu l-effetti distribuzzjonali minn politiki u miżuri oħra, bħall-miżuri tat-tassazzjoni implimentati skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva, jew l-applikazzjoni tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u t-trasport f’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE;
(b)
jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-finanzjament pubbliku disponibbli fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż meta applikabbli, mill-kontribuzzjoni finanzjarja li l-Istati Membri jirċievu mill-Fond Soċjali għall-Klima skont l-Artikoli 9 u 14 tar-Regolament (UE) 2023/955, u mid-dħul minn irkanti bl-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-EU ETS f’konformita’ mad-Direttiva 2003/87/KE, għal investimenti f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika bħala azzjonijiet ta’ prijorità;
(c)
iwettqu investimenti bikrija u progressivi f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika qabel ma l-impatti distribuzzjonali minn politiki u miżuri oħra juru l-effett tagħhom;
(d)
jibnu assistenza teknika u jintroduċu finanzjament u għodod finanzjarji abilitanti, bħal skemi fuq il-kont, riżerva lokali ta’ telf mis-self, fondi ta’ garanzija, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet profondi u rinnovazzjonijiet bi gwadanji minimi fl-enerġija;
(e)
irawmu assistenza teknika għall-atturi soċjali biex jippromwovu l-involviment attiv tal-klijenti vulnerabbli fis-suq tal-enerġija, u bidliet pożittivi fl-imġiba tagħhom tal-konsum tal-enerġija;
(f)
jiżguraw aċċess għal finanzjament, għotjiet jew sussidji marbuta ma’ gwadanji minimi fl-enerġija u b’hekk jiffaċilitaw l-aċċess għal self bankarju affordabbli jew linji ta’ kreditu ddedikati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|