+Artikolu 25 Valutazzjoni u ppjanar tat-tisħin u t-tkessiħ
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.

Artikolu 25 Valutazzjoni u ppjanar tat-tisħin u t-tkessiħ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
Bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tiegħu f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni valutazzjoni komprensiva tat-tisħin u t-tkessiħ. Dik il-valutazzjoni komprensiva għandu jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Anness X għal din id-Direttiva u għandha tkun akkumpanjata mill-valutazzjoni li ssir skont l-Artikolu 15(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
Artikolu 25 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati affettwati mill-valutazzjoni komprensiva msemmija fil-paragrafu 1 jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fit-tħejjija tal-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ, fil-valutazzjoni komprensiva u fil-politiki u l-miżuri, filwaqt li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jiddivulgawx u ma jippubblikawx sigrieti kummerċjali jew sigrieti tan-negozju li jkunu ġew identifikati bħala tali.
Artikolu 25 3.
Għall-fini tal-valutazzjoni komprensiva msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tal-kostbenefiċċji li tkopri t-territorju tagħhom u abbażi tal-kundizzjonijiet klimatiċi, il-fattibbiltà ekonomika jew l-adegwatezza teknika. Dik l-analiżi tal-kostbenefiċċji għandha tkun kapaċi tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-aktar soluzzjonijiet effiċjenti fir-riżorsi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tat-tisħin u tat-tkessiħ, filwaqt li jitqies il-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”. Dik l-analiżi tal-kostbenefiċċji tista’ tkun parti minn valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).

L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-analiżi tal-kostbenefiċċji, jipprovdu l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet dettaljati skont l-Anness XI u jistabbilixxu u jippubblikaw il-proċeduri għall-analiżi ekonomika.

Artikolu 25 4.
Meta l-valutazzjoni komprensiva msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu tidentifika potenzjal għall-applikazzjoni ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u/jew għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti mis-sħana mormija, li l-benefiċċji tagħhom jisbqu l-kostijiet, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex tiġi żviluppata infrastruttura għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ installazzjonijiet għall-użu ta’ sħana mormija, inkluż fis-settur industrijali, u/jew biex jiġu akkomodati l-iżvilupp ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u l-użu tat-tisħin u tat-tkessiħ mis-sħana mormija u minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 26(7) u (9).

Meta l-valutazzjoni komprensiva msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma jidentifikawx potenzjal li l-benefiċċji tiegħu jisbqu l-kostijiet, inkluż il-kostijiet amministrattivi għat-twettiq tal-analiżi tal-kostbenefiċċji msemmija fl-Artikolu 26(7), l-Istat Membru kkonċernat, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, fejn applikabbli, jista’ jeżenta installazzjonijiet mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 25 5.
L-Istati Membri għandhom jadottaw politiki u miżuri li jiżguraw li jiġi realizzat il-potenzjal identifikat fil-valutazzjonijiet komprensivi mwettqa skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-politiki u l-miżuri għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi stabbiliti fl-Anness X. Kull Stat Membru għandu jinnotifika dawk il-politiki u l-miżuri bħala parti mill-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali integrati tiegħu dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, tal-pjan nazzjonali integrat sussegwenti tiegħu dwar l-enerġija u l-klima nnotifikat skont l-Artikolu 3 u l-Artikoli 7 sa 12 ta’ dak ir-Regolament, u r-rapporti ta’ progress nazzjonali rilevanti dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont dak ir-Regolament.
Artikolu 25 6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jħejju pjanijiet lokali tat-tisħin u t-tkessiħ tal-anqas fil-muniċipalitajiet li għandhom popolazzjoni totali ta’ aktar minn 45 000 . Dawk il-pjanijiet jenħtieġ mill-inqas:

(a) 

ikunu bbażati fuq l-informazzjoni u d-data pprovduti fil-valutazzjonijiet komprensivi mwettqa skont il-paragrafu 1, u jipprovdu stima u mmappjar tal-potenzjal għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, inkluż bit-tħejjija ta’ tisħin distrettwali b’temperatura baxxa, koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru tas-sħana mormija, u l-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ f’dik iż-żona partikolari;

(b) 

ikunu konformi mal-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”;

(c) 

jinkludu strateġija għall-użu tal-potenzjal identifikat skont il-punt (a);

(d) 

jitħejjew bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati reġjonali jew lokali rilevanti kollha u jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku ġenerali, inkluż l-operaturi tal-infrastruttura tal-enerġija lokali;

(e) 

iqisu l-infrastruttura tal-enerġija eżistenti rilevanti;

(f) 

jikkunsidraw il-ħtiġijiet komuni tal-komunitajiet lokali u ta’ diversi unitajiet amministrattivi lokali jew reġjonali, jew ta’ diversi reġjuni;

(g) 

jivvalutaw ir-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija u inizjattivi oħra mmexxija mill-konsumatur li jistgħu jikkontribwixxu b’mod attiv għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ tisħin u tkessiħ fil-livell lokali;

(h) 

jinkludu analiżi tal-apparati u s-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ fl-istokkijiet tal-bini lokali, b’kont meħud tal-potenzjali speċifiċi għaż-żona għall-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-indirizzar tal-bini bl-agħar rendiment u l-ħtiġijiet tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli;

(i) 

jivvalutaw kif tiġi ffinanzjata l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri u jidentifikaw mekkaniżmi finanzjarji li jippermettu lill-konsumaturi jaqilbu għal tisħin u tkessiħ rinnovabbli;

(j) 

jinkludu trajettorja biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjanijiet f’konformità man-newtralità klimatika u l-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri identifikati;

(k) 

jimmiraw sabiex jiġi sostitwit apparat antik u ineffiċjenti tat-tisħin u t-tkessiħ f’korpi pubbliċi b’alternattivi effiċjenti ħafna, bil-ħsieb li gradwalment jiġu eliminati l-fjuwils fossili;

(l) 

jivvalutaw il-possibbiltà ta’ sinerġiji mal-pjanijiet ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali tal-viċinat biex jinkoraġġixxu investimenti konġunti u kosteffiċjenza.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet rilevanti kollha, inkluż il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati rilevanti, jingħataw l-opportunità jipparteċipaw fit-tħejjija tal-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ, fil-valutazzjoni komprensiva msemmija fil-paragrafu 1 u fil-politiki u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 5.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet li jappoġġaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jimplimentaw politiki u miżuri ta’ tisħin u tkessiħ effiċjenti fl-enerġija u bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli fil-livell reġjonali u lokali bl-użu tal-potenzjal identifikat. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw bl-aktar mod possibbli u b’kull mezz lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, inkluż b’appoġġ finanzjarju u bi skemi ta’ appoġġ tekniku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ ikunu allinjati ma’ rekwiżiti lokali oħra f’termini ta’ klima, enerġija u ppjanar ambjentali sabiex jiġi evitat il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u tiġi mħeġġa l-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet.

Il-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ lokali jistgħu jitwettqu b’mod konġunt minn grupp ta’ diversi awtoritajiet lokali tal-viċinat dment li l-kuntest ġeografiku u amministrattiv, kif ukoll l-infrastruttura tat-tisħin u tat-tkessiħ, ikunu xierqa.

Il-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ lokali għandhom jiġu vvalutati minn awtorità kompetenti u mbagħad, jekk ikun meħtieġ, jittieħdu miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.