+Artikolu 25 6.

Artikolu 25 6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jħejju pjanijiet lokali tat-tisħin u t-tkessiħ tal-anqas fil-muniċipalitajiet li għandhom popolazzjoni totali ta’ aktar minn 45 000 . Dawk il-pjanijiet jenħtieġ mill-inqas:

(a) 

ikunu bbażati fuq l-informazzjoni u d-data pprovduti fil-valutazzjonijiet komprensivi mwettqa skont il-paragrafu 1, u jipprovdu stima u mmappjar tal-potenzjal għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, inkluż bit-tħejjija ta’ tisħin distrettwali b’temperatura baxxa, koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru tas-sħana mormija, u l-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ f’dik iż-żona partikolari;

(b) 

ikunu konformi mal-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”;

(c) 

jinkludu strateġija għall-użu tal-potenzjal identifikat skont il-punt (a);

(d) 

jitħejjew bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati reġjonali jew lokali rilevanti kollha u jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku ġenerali, inkluż l-operaturi tal-infrastruttura tal-enerġija lokali;

(e) 

iqisu l-infrastruttura tal-enerġija eżistenti rilevanti;

(f) 

jikkunsidraw il-ħtiġijiet komuni tal-komunitajiet lokali u ta’ diversi unitajiet amministrattivi lokali jew reġjonali, jew ta’ diversi reġjuni;

(g) 

jivvalutaw ir-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija u inizjattivi oħra mmexxija mill-konsumatur li jistgħu jikkontribwixxu b’mod attiv għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ tisħin u tkessiħ fil-livell lokali;

(h) 

jinkludu analiżi tal-apparati u s-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ fl-istokkijiet tal-bini lokali, b’kont meħud tal-potenzjali speċifiċi għaż-żona għall-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-indirizzar tal-bini bl-agħar rendiment u l-ħtiġijiet tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli;

(i) 

jivvalutaw kif tiġi ffinanzjata l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri u jidentifikaw mekkaniżmi finanzjarji li jippermettu lill-konsumaturi jaqilbu għal tisħin u tkessiħ rinnovabbli;

(j) 

jinkludu trajettorja biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjanijiet f’konformità man-newtralità klimatika u l-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri identifikati;

(k) 

jimmiraw sabiex jiġi sostitwit apparat antik u ineffiċjenti tat-tisħin u t-tkessiħ f’korpi pubbliċi b’alternattivi effiċjenti ħafna, bil-ħsieb li gradwalment jiġu eliminati l-fjuwils fossili;

(l) 

jivvalutaw il-possibbiltà ta’ sinerġiji mal-pjanijiet ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali tal-viċinat biex jinkoraġġixxu investimenti konġunti u kosteffiċjenza.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet rilevanti kollha, inkluż il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati rilevanti, jingħataw l-opportunità jipparteċipaw fit-tħejjija tal-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ, fil-valutazzjoni komprensiva msemmija fil-paragrafu 1 u fil-politiki u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 5.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet li jappoġġaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jimplimentaw politiki u miżuri ta’ tisħin u tkessiħ effiċjenti fl-enerġija u bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli fil-livell reġjonali u lokali bl-użu tal-potenzjal identifikat. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw bl-aktar mod possibbli u b’kull mezz lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, inkluż b’appoġġ finanzjarju u bi skemi ta’ appoġġ tekniku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ ikunu allinjati ma’ rekwiżiti lokali oħra f’termini ta’ klima, enerġija u ppjanar ambjentali sabiex jiġi evitat il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u tiġi mħeġġa l-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet.

Il-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ lokali jistgħu jitwettqu b’mod konġunt minn grupp ta’ diversi awtoritajiet lokali tal-viċinat dment li l-kuntest ġeografiku u amministrattiv, kif ukoll l-infrastruttura tat-tisħin u tat-tkessiħ, ikunu xierqa.

Il-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ lokali għandhom jiġu vvalutati minn awtorità kompetenti u mbagħad, jekk ikun meħtieġ, jittieħdu miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.