+Artikolu 27 2.
|
Artikolu 27 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass u tal-elettriku japplikaw il-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, fl-ippjanar tan-network, fl-iżvilupp tan-network u fid-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet nazzjonali deżinjati oħra għandhom jivverifikaw li l-metodoloġiji użati mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u mill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jivvalutaw l-alternattivi fl-analiżi tal-kostbenefiċċji, u jqisu l-benefiċċji usa’ tas-soluzzjonijiet għall-effiċjenza enerġetika, il-flessibbiltà fuq in-naħa tad-domanda u l-investiment f’assi li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet deżinjati oħra għandhom jivverifikaw ukoll l-implimentazzjoni tal-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” mill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jew mill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni meta jkunu qed japprovaw, jivverifikaw jew jimmonitorjaw il-proġetti u l-pjanijiet ta’ żvilupp tan-network tagħhom skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 32(3) u l-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jipprovdu metodoloġiji u gwida dwar kif għandhom jiġu vvalutati l-alternattivi fl-analiżi tal-kostbenefiċċji f’kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni, li jistgħu jikkondividu għarfien espert tekniku essenzjali.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|