+Artikolu 28 Disponibbiltà ta’ skemi ta’ kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.
|
Artikolu 28 Disponibbiltà ta’ skemi ta’ kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu network li jiżgura l-livell xieraq ta’ kompetenzi għall-professjonijiet relatati mal-effiċjenza enerġetika li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tas-suq. L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifiki ekwivalenti, inkluż, meta meħtieġ, il-programmi xierqa ta’ taħriġ, ikunu disponibbli għall-professjonijiet relatati mal-effiċjenza enerġetika inkluż il-fornituri ta’ servizzi tal-enerġija, il-fornituri tal-awditi tal-enerġija, il-maniġers tal-enerġija, l-esperti indipendenti, l-installaturi tal-elementi tal-bini kif imsemmi fid-Direttiva 2010/31/UE, u l-fornituri ta’ xogħlijiet integrati ta’ rinnovazzjoni, u li dawn ikunu affidabbli u jikkontribwixxu għall-objettivi nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika u għall-objettivi ġenerali tad-dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifiki ekwivalenti, inkluż, meta meħtieġ, il-programmi xierqa ta’ taħriġ huma akkreditati skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
) jew approvati f’konformità mal-leġiżlazzjoni jew mal-istandards nazzjonali konverġenti.
|
|
Artikolu 28 2.
|
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-parteċipazzjoni fi programmi ta’ ċertifikazzjoni, taħriġ u edukazzjoni biex jiżguraw il-livell xieraq ta’ kompetenzi għall-professjonijiet tal-effiċjenza enerġetika li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tas-suq.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Sal-11 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni għandha:
(a)
f’kooperazzjoni ma’ grupp ta’ esperti nnominat mill-Istati Membri, tistabbilixxi qafas jew tfassal kampanja biex tħajjar aktar persuni jaqbdu l-professjonijiet tal-effiċjenza enerġetika filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni;
(b)
tivvaluta l-vijabbiltà tal-istabbiliment ta’ pjattaforma ta’ punt ta’ aċċess uniku, bl-użu ta’ inizjattivi eżistenti fejn possibbli, biex tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fl-istabbiliment tal-miżuri tagħhom biex jiżguraw il-livell xieraq ta’ professjonisti kwalifikati meħtieġa biex ilaħħqu mar-rata tal-progress fl-effiċjenza enerġetika sabiex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni tal-klima u tal-enerġija. Il-pjattaforma tlaqqa’ l-esperti mill-Istati Membri, is-sħab soċjali, l-istituzzjonijiet edukattivi, id-dinja akkademika u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn biex trawwem u tippromwovi l-aħjar prattiki fir-rigward ta’ skemi ta’ kwalifikazzjoni u programmi ta’ taħriġ biex jiġu żgurati aktar professjonisti fl-effiċjenza enerġetika u jsir tiġdid jew titjib tal-ħiliet tal-professjonisti eżistenti sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tas-suq.
|
|
Artikolu 28 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifiki ekwivalenti, inkluż, meta meħtieġ, il-programmi ta’ taħriġ, iqisu l-istandards Ewropej jew internazzjonali eżistenti fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika.
|
|
Artikolu 28 5.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta’ kwalifiki ekwivalenti, jew il-programmi xierqa ta’ taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1, u għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni dwar il-paraguni bejn l-iskemi u għar-rikonoxximent tagħhom. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu lill-konsumaturi konxji mid-disponibbiltà tal-iskemi f’konformità mal-Artikolu 29(1).
|
|
Artikolu 28 6.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2024 u mhux inqas minn kull erba’ snin minn hemm ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk l-iskemi jiżgurawx il-livell meħtieġ ta’ kompetenzi u aċċess ugwali għall-individwi kollha f’konformità mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għall-fornituri tas-servizzi tal-enerġija, l-awdituri tal-enerġija, il-maniġers tal-enerġija, l-esperti indipendenti, l-installaturi tal-elementi tal-bini kif imsemmi fid-Direttiva 2010/31/UE, u l-fornituri ta’ xogħlijiet integrati ta’ rinnovazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jivvalutaw id-distakk bejn l-għadd ta’ professjonisti disponibbli u dak meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet relatati disponibbli għall-pubbliku u jissottomettuhom permezz tal-pjattaforma elettronika stabbilita f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|