|
+Artikolu 28 3. |
Artikolu 28 3.Sal-11 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni għandha:
(a)
f’kooperazzjoni ma’ grupp ta’ esperti nnominat mill-Istati Membri, tistabbilixxi qafas jew tfassal kampanja biex tħajjar aktar persuni jaqbdu l-professjonijiet tal-effiċjenza enerġetika filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni;
(b)
tivvaluta l-vijabbiltà tal-istabbiliment ta’ pjattaforma ta’ punt ta’ aċċess uniku, bl-użu ta’ inizjattivi eżistenti fejn possibbli, biex tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fl-istabbiliment tal-miżuri tagħhom biex jiżguraw il-livell xieraq ta’ professjonisti kwalifikati meħtieġa biex ilaħħqu mar-rata tal-progress fl-effiċjenza enerġetika sabiex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni tal-klima u tal-enerġija. Il-pjattaforma tlaqqa’ l-esperti mill-Istati Membri, is-sħab soċjali, l-istituzzjonijiet edukattivi, id-dinja akkademika u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn biex trawwem u tippromwovi l-aħjar prattiki fir-rigward ta’ skemi ta’ kwalifikazzjoni u programmi ta’ taħriġ biex jiġu żgurati aktar professjonisti fl-effiċjenza enerġetika u jsir tiġdid jew titjib tal-ħiliet tal-professjonisti eżistenti sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tas-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|