+Artikolu 29 Servizzi tal-enerġija
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
---+Artikolu 29 8.
|
Artikolu 29 Servizzi tal-enerġija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
L-Istati Membri għandhom jippromwovu s-suq tas-servizzi tal-enerġija u l-aċċess tal-SMEs għalih billi jqassmu informazzjoni ċara u aċċessibbli faċilment dwar:
(a)
il-kuntratti tas-servizzi tal-enerġija disponibbli u l-klawsoli li jenħtieġ li jkunu inklużi fil-kuntratti ta’ din ix-xorta biex ikunu żgurati l-iffrankar tal-enerġija u d-drittijiet tal-klijenti finali;
(b)
l-istrumenti finanzjarji, l-inċentivi, l-għotjiet, il-fondi rotanti, il-garanziji, l-iskemi tal-assigurazzjoni, u s-self biex jingħata appoġġ lill-proġetti ta’ servizzi tal-effiċjenza enerġetika;
(c)
il-fornituri ta’ servizzi tal-enerġija disponibbli, bħal ESCOs, li huma kkwalifikati jew iċċertifikati u l-kwalifiki jew iċ-ċertifikazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 28;
(d)
il-metodoloġiji ta’ monitoraġġ u ta’ verifika disponibbli, u l-iskemi ta’ kontroll tal-kwalità.
|
|
Artikolu 29 2.
|
L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta’ tikketti tal-kwalità, fost l-oħrajn, minn assoċjazzjonijiet kummerċjali, abbażi ta’ standards Ewropej jew internazzjonali meta rilevanti.
|
|
Artikolu 29 3.
|
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jaġġornaw regolarment lista ta’ fornituri disponibbli ta’ servizzi tal-enerġija li huma kkwalifikati jew iċċertifikati u l-kwalifiki jew iċ-ċertifikazzjonijiet tagħhom f’konformità mal-Artikolu 28, jew jipprovdu interfaċċa fejn il-fornituri ta’ servizzi tal-enerġija jkunu jistgħu jipprovdu dik l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 29 4.
|
L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jiżguraw, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, l-użu tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għar-rinnovazzjonijiet ta’ bini kbir li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi. Għar-rinnovazzjonijiet tal-binjiet kbar mhux residenzjali b’erja tal-art utli totali ta’ aktar minn 750 m2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi jivvalutaw il-fattibbiltà tal-użu tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u servizzi ta’ enerġija bbażati fuq ir-rendiment oħrajn. L-Istati Membri jistgħu jħeġġu lill-korpi pubbliċi biex jikkombinaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ma’ servizzi tal-enerġija estiżi, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin, sabiex jiġi żgurat iffrankar tal-enerġija u jinżammu r-riżultati miksuba maż-żmien permezz ta’ monitoraġġ kontinwu, tħaddim effettiv u manutenzjoni.
|
|
Artikolu 29 5.
|
L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lis-settur pubbliku biex jieħu offerti ta’ servizz tal-enerġija, b’mod partikolari għar-rinnovazzjoni tal-bini, billi:
(a)
jipprovdu mudell ta’ kuntratti għall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jinkludi mill-inqas il-punti elenkati fl-Anness XV u jqisu l-istandards Ewropej jew internazzjonali eżistenti, il-linji gwida disponibbli għas-sejħiet għall-offerti u l-gwida tal-Eurostat għat-trattament statistiku tal-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-kontijiet tal-gvern;
(b)
jipprovdu informazzjoni dwar l-aħjar prattiki għall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż jekk ikunu disponibbli, analiżi tal-kostbenefiċċji permezz ta’ approċċ ta’ ċiklu tal-ħajja;
(c)
il-promozzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ bażi tad-data ta’ proġetti tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija implimentati u li qed jiġu implimentati, inkluż l-iffrankar tal-enerġija previst u magħmul.
|
|
Artikolu 29 6.
|
L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-funzjonament tajjeb tas-suq tas-servizzi tal-enerġija, billi jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin:
(a)
jidentifikaw u jippubbliċizzaw punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar fejn il-klijenti finali jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
(b)
ineħħu l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji li jxekklu l-użu ta’ kkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u mudelli oħra ta’ servizzi tal-effiċjenza enerġetika biex jiġu identifikati jew implimentati miżuri tal-iffrankar tal-enerġija, jew it-tnejn li huma;
(c)
jistabbilixxu u jippromwovu r-rwol tal-korpi konsultattivi u tal-intermedjarji indipendenti tas-suq, inkluż punti uniċi ta’ servizz jew mekkaniżmi ta’ appoġġ simili biex jistimulaw l-iżvilupp tas-suq fuq in-naħat tad-domanda u tal-provvista, u jagħmlu l-informazzjoni dwar dawk il-mekkaniżmi ta’ appoġġ disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli għall-atturi tas-suq.
|
|
Artikolu 29 7.
|
Għall-fini ta’ appoġġ għall-funzjonament tajjeb tas-suq tas-servizzi tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu individwali jew jiddeżinjaw ombudsperson biex jiżguraw it-trattament effiċjenti tal-ilmenti u r-riżoluzzjoni barra mill-qorti tat-tilwim li jinqala’ minn kuntratti ta’ servizzi tal-enerġija u ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija.
|
|
Artikolu 29 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri tal-enerġija, l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni u l-kumpaniji li jbigħu l-enerġija bl-imnut ma jwettqux attivitajiet li jistgħu jxekklu d-domanda għal servizzi tal-enerġija, u t-twassil tagħhom, jew miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, jew li jfixklu l-iżvilupp tas-swieq għal dawn is-servizzi jew il-miżuri, inkluż l-għeluq tas-suq għall-kompetituri jew l-abbuż b’pożizzjonijiet dominanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|