+Artikolu 30 Fond nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika, finanzjament u appoġġ tekniku
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.
---+Artikolu 30 9.
---+Artikolu 30 10.
---+Artikolu 30 11.
---+Artikolu 30 12.
---+Artikolu 30 13.
---+Artikolu 30 14.
---+Artikolu 30 15.
---+Artikolu 30 16.
---+Artikolu 30 17.
---+Artikolu 30 18.
|
Artikolu 30 Fond nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika, finanzjament u appoġġ tekniku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 TFUE, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ finanzjament, jew l-użu ta’ dawk eżistenti, għal miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika biex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-benefiċċji ta’ diversi sorsi ta’ finanzjament u l-kombinament ta’ għotjiet, strumenti finanzjarji u assistenza teknika.
|
|
Artikolu 30 2.
|
Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, direttament jew permezz tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tassisti lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ finanzjament u faċilitajiet ta’ assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali bl-għan li jiżdiedu l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika f’setturi differenti u jiġu protetti u tingħata s-setgħa lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli, lill-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, inkluż bl-integrazzjoni ta’ perspettiva tal-ugwaljanza biex ħadd ma jinqata’ lura.
|
|
Artikolu 30 3.
|
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jippromwovu prodotti ta’ self għall-effiċjenza enerġetika, bħal ipoteki ekoloġiċi u self ekoloġiku, garantiti u mhux garantiti, u jiżguraw li dawn jiġu offruti b’mod wiesa’ u nondiskriminatorju mill-istituzzjonijiet finanzjarji u, ikunu viżibbli u aċċessibbli għall-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri l jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ finanzjament fuq il-kont u fuq it-taxxa, filwaqt li jqisu l-gwida tal-Kummissjoni mogħtija skont il-paragrafu 10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jirċievu informazzjoni dwar opportunitajiet biex jieħdu sehem fil-finanzjament ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż il-ħolqien ta’ sħubijiet pubbliċi-privati. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ garanzija ta’ self għall-investiment fl-effiċjenza enerġetika.
|
|
Artikolu 30 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 TFUE, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-istabbiliment ta’ skemi ta’ appoġġ finanzjarju biex iżidu l-adozzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika għar-rinnovazzjoni sostanzjali tas-sistemi individwali u distrettwali tat-tisħin u t-tkessiħ.
|
|
Artikolu 30 5.
|
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-istabbiliment ta’ għarfien espert u assistenza teknika lokali, fejn xieraq permezz ta’ networks u faċilitajiet eżistenti, biex jagħtu pariri dwar l-aħjar prattiki fir-rigward tal-kisba tad-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali lokali, bħall-aċċess għal appoġġ finanzjarju ddedikat.
|
|
Artikolu 30 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali kompetenti, inkluż permezz ta’ laqgħat annwali tal-korpi regolatorji, bażijiet tad-data pubbliċi bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri mill-Istati Membri, u paraguni bejn il-pajjiżi.
|
|
Artikolu 30 7.
|
Biex jiġi mobilizzat finanzjament privat għal miżuri tal-effiċjenza enerġetika u rinnovazzjoni tal-enerġija u sabiex jingħata kontribut għall-kisba tal-miri tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika u l-kontributi nazzjonali skont l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva u l-objettivi fid-Direttiva 2010/31/UE, il-Kummissjoni għandha twettaq djalogu ma’ istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati, kif ukoll setturi speċifiċi rilevanti sabiex tesplora ħtiġijiet u azzjonijiet possibbli li tista’ tieħu.
|
|
Artikolu 30 8.
|
L-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
(a)
jiġi mobilizzat investiment tal-kapital fl-effiċjenza enerġetika billi jitqiesu l-impatti aktar mifruxa tal-iffrankar tal-enerġija;
(b)
tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ddedikati għall-effiċjenza enerġetika u skemi ta’ finanzjament fuq skala stabbiliti minn istituzzjonijiet finanzjarji;
(c)
tiġi żgurata data dwar rendiment aħjar fl-użu tal-enerġija u tal-finanzi billi:
(i)
jiġi eżaminat aktar kif investimenti fl-effiċjenza enerġetika jtejbu l-valuri tal-assi sottostanti;
(ii)
jiġu appoġġati studji li jivvalutaw il-monetizzazzjoni tal-benefiċċji mhux tal-enerġija ta’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika.
|
|
Artikolu 30 9.
|
Għall-iskop tal-mobilizzazzjoni tal-finanzjament privat ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija u rinnovazzjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom, meta jimplimentaw din id-Direttiva:
(a)
jikkunsidraw modi kif jużaw aħjar is-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija u l-awditjar tal-enerġija skont l-Artikolu 11 biex jinfluwenzaw it-teħid tad-deċiżjonijiet;
(b)
jagħmlu l-aqwa użu tal-possibbiltajiet u tal-għodod disponibbli fil-baġit tal-Unjoni u proposti fl-inizjattiva ta’ finanzi intelliġenti għal bini intelliġenti u fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa - l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja”.
|
|
Artikolu 30 10.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri u lill-atturi tas-suq dwar kif jinkiseb l-investiment privat. Il-gwida għandu jkollha l-għan li tgħin lill-Istati Membri u lill-atturi tas-suq biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-investimenti tagħhom fl-effiċjenza enerġetika, inkluż fid-diversi programmi tal-Unjoni, u għandha tipproponi mekkaniżmi finanzjarji u soluzzjonijiet ta’ finanzjament innovattivi adegwati, b’taħlita ta’ għotjiet, strumenti finanzjarji u assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti, biex tagħti spinta lill-inizjattivi eżistenti u tuża l-programmi tal-Unjoni bħala katalista biex tingrana u tistimola l-finanzjament privat.
|
|
Artikolu 30 11.
|
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu fond nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika. Dan il-fond għandu l-għan li jimplimenta miżuri tal-effiċjenza enerġetika li jappoġġaw lill-Istati Membri biex jissodisfaw il-kontributi nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza enerġetika u t-trajettorji indikattivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4(2). Il-fond nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika jista’ jinħoloq bħala fond iddedikat fil-qafas ta’ faċilità nazzjonali diġà eżistenti li tippromwovi l-investimenti kapitali. Il-fond nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika jista’ jiġi ffinanzjat bi dħul mill-irkanti tal-kwoti skont l-EU ETS fis-setturi tal-bini u tat-trasport.
|
|
Artikolu 30 12.
|
Meta l-Istati Membri jistabbilixxu fondi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika, kif imsemmi fil-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jistabbilixxu strumenti ta’ finanzjament, inkluż garanziji pubbliċi, biex iżidu l-użu tal-investimenti privati fl-effiċjenza enerġetika u tal-prodotti ta’ self għall-effiċjenza enerġetika u tal-iskemi innovattivi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Bi qbil mal-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 24, il-fond nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika għandu jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ miżuri bħala prijorità fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, il-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Dak l-appoġġ għandu jinkludi finanzjament għal miżuri ta’ effiċjenza enerġetika għall-SMEs sabiex jiġi ingranat u skattat finanzjament privat għall-SMEs.
|
|
Artikolu 30 13.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korpi pubbliċi jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) permezz ta’ kontribuzzjonijiet annwali lill-fond nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika ekwivalenti għall-ammont ta’ investimenti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk l-obbligi.
|
|
Artikolu 30 14.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-partijiet obbligati jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom stipulati fl-Artikolu 8(1) u (4) billi kull sena jikkontribwixxu għall-fond nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika ammont ekwivalenti għall-investimenti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk l-obbligi.
|
|
Artikolu 30 15.
|
L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għall-iżvilupp ta’ finanzjament innovattiv biex titjieb l-effiċjenza enerġetika.
|
|
Artikolu 30 16.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività u l-effiċjenza tal-appoġġ tal-finanzjament pubbliku għall-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali u l-kapaċità tal-Istati Membri biex iżidu l-użu tal-investimenti privati fl-effiċjenza enerġetika, b’kont meħud ukoll tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament pubbliku espressi fil-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk mekkaniżmu għall-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-Unjoni, bl-objettiv li jipprovdi garanzija tal-Unjoni, assistenza teknika u għotjiet assoċjati li jippermettu l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, u skemi ta’ finanzjament u appoġġ fil-livell nazzjonali, jistax ikun ta’ appoġġ kosteffettiv biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika u l-klima u, jekk ikun xieraq, tipproponi l-istabbiliment ta’ tali mekkaniżmu. Għal dak il-għan, sat-30 ta’ Marzu 2024 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi.
|
|
Artikolu 30 17.
|
Sal-15 ta’ Marzu 2025 u kull sentejn minn hemm ‘il quddiem, bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 u f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni id-data li ġejja:
(a)
il-volum ta’ investimenti pubbliċi fl-effiċjenza enerġetika u l-fattur ta’ ingranaġġ medju miksub mill-finanzjament pubbliku li jappoġġa l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika;
(b)
il-volum ta’ prodotti ta’ self għall-effiċjenza enerġetika, b’distinzjoni bejn prodotti differenti;
(c)
fejn rilevanti, programmi ta’ finanzjament nazzjonali stabbiliti biex jiżdied l-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-aħjar prattiki, u skemi ta’ finanzjament innovattivi għall-effiċjenza enerġetika.
Biex tiffaċilita t-tħejjija tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tintegra r-rekwiżiti stipulati f’dak is-subparagrafu fil-mudell komuni stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 30 18.
|
Għall-fini tal-issodisfar tal-obbligu msemmi fil-paragrafu 17, il-punt (b),, u mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali addizzjonali, l-Istati Membri għandhom iqisu l-obbligi ta’ żvelar eżistenti għall-istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż:
(a)
ir-regoli dwar l-iżvelar għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 (
14
);
(b)
ir-rekwiżiti ta’ żvelar tar-riskji ESG għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
).
Sabiex jiġu ffaċilitati l-ġbir u l-aggregazzjoni tad-data dwar il-volum tal-prodott ta’ self għall-effiċjenza enerġetika bl-għan li jiġi ssodisfat l-obbligu msemmi fil-paragrafu 17, il-punt (b), sal-15 ta’ Marzu 2024 il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar l-arranġamenti għall-aċċess, il-ġbir u l-aggregazzjoni ta’ data dwar il-volum ta’ prodotti ta’ self għall-effiċjenza enerġetika fil-livell nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|