+Artikolu 31 Fatturi tal-konverżjoni u fatturi tal-enerġija primarja
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.
---+Artikolu 31 7.

Artikolu 31 Fatturi tal-konverżjoni u fatturi tal-enerġija primarja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
Għall-finijiet tal-paragun tal-iffrankar tal-enerġija u l-konverżjoni tal-enerġija lejn unità paragunabbli, għandhom japplikaw il-valuri kalorifiċi netti fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/2066 u l-fatturi tal-enerġija primarja stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu sakemm ma jistax jiġi ġġustifikat l-użu ta’ valuri jew fatturi oħrajn.
Artikolu 31 2.
Fattur tal-enerġija primarja għandu jkun applikabbli meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkulat f’termini ta’ enerġija primarja u jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum tal-enerġija finali.
Artikolu 31 3.
Għall-iffrankar tal-elettriku f’kWh, l-Istati Membri għandhom japplikaw koeffiċjent biex jikkalkulaw akkuratament l-iffrankar miksub fil-konsum tal-enerġija primarja. L-Istati Membri għandhom japplikaw koeffiċjent prestabbilit ta’ 1,9 sakemm ma jużawx id-diskrezzjoni tagħhom biex jiddefinixxu koeffiċjent differenti abbażi ta’ ċirkostanzi nazzjonali ġustifikati.
Artikolu 31 4.
Għall-iffrankar ta’ vetturi oħra tal-enerġija f’kWh, l-Istati Membri għandhom japplikaw koeffiċjent biex jikkalkulaw akkuratament l-iffrankar miksub fil-konsum tal-enerġija primarja.
Artikolu 31 5.
Meta l-Istati Membri jistabbilixxu l-koeffiċjent tagħhom stess għal valur prestabbilit previst skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dak il-koeffiċjent b’metodoloġija trasparenti abbażi ta’ ċirkostanzi nazzjonali, reġjonali jew lokali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja. Dawk iċ-ċirkostanzi għandhom ikunu sostanzjati, verifikabbli u bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.
Artikolu 31 6.
Meta jistabbilixxu koeffiċjent tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu t-taħlita tal-enerġija inkluża fl-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u l-pjanijiet nazzjonali integrati sussegwenti tagħhom għall-enerġija u l-klima nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3 u l-Artikoli 7 sa 12 ta’ dak ir-Regolament. Jekk jiddevjaw mill-valur prestabbilit, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-koeffiċjent li jużaw lill-Kummissjoni flimkien mal-metodoloġija tal-kalkolu u d-data sottostanti f’dawk l-aġġornamenti u l-pjanijiet sussegwenti.
Artikolu 31 7.
Sal-25 ta’ Diċembru 2026 u kull erba’ snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha, tirrevedi l-koeffiċjenti awtomatiċi fuq il-bażi ta’ data osservata. Dawk ir-reviżjonijiet għandhom isiru billi jitqiesu l-effetti tagħhom fuq il-liġi tal-Unjoni bħad-Direttiva 2009/125/KE u r-Regolament (UE) 2017/1369.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.