|
+ANNESS XV ELEMENTI MINIMI LI JRIDU JIĠU INKUŻI FIL-KUNTRATTI TAL-PRESTAZZJONI TAL-ENERĠIJA JEW FL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAS-SEJĦIET GĦALL-OFFERTI ASSOĊJATI |
ANNESS XV ELEMENTI MINIMI LI JRIDU JIĠU INKUŻI FIL-KUNTRATTI TAL-PRESTAZZJONI TAL-ENERĠIJA JEW FL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAS-SEJĦIET GĦALL-OFFERTI ASSOĊJATI
ANNESS XV ELEMENTI MINIMI LI JRIDU JIĠU INKUŻI FIL-KUNTRATTI TAL-PRESTAZZJONI TAL-ENERĠIJA JEW FL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAS-SEJĦIET GĦALL-OFFERTI ASSOĊJATI
—
Sejbiet u rakkomandazzjonijiet stabbiliti f’analiżi u verifiki tal-enerġija mwettqa qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt li jkopri l-użu tal-enerġija tal-bini bil-ħsieb li jiġu implimentati miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika.
—
Lista ċara u trasparenti tal-miżuri ta’ effiċjenza li jridu jitwettqu jew ir-riżultati tal-effiċjenza li jridu jinkisbu.
—
L-iffrankar iggarantit li jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kuntratt.
—
It-tul u t-tappi ewlenin tal-kuntratt, it-termini u l-perjodu ta’ notifika.
—
Lista ċara u trasparenti tal-obbligi ta’ kull parti kontraenti.
—
Id-data/i ta’ referenza biex ikun stabbilit l-iffrankar miksub.
—
Lista ċara u trasparenti tal-passi li jridu jsiru biex titwettaq miżura jew pakkett ta’ miżuri u, meta rilevanti, il-kostijiet assoċjati.
—
Obbligu li ta’ implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri fil-kuntratt u dokumentazzjoni tal-bidliet kollha li jsiru tul il-proġett.
—
Regolamenti li jispeċifikaw l-inklużjoni ta’ rekwiżiti ekwivalenti f’kull subkuntrattar ma’ partijiet terzi.
—
Turija ċara u trasparenti tal-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proġett u d-distribuzzjoni tas-sehem taż-żewġ partijiet fl-iffrankar monetarju miksub, jiġifieri r-remunerazzjoni tal-fornitur tas-servizzi.
—
Dispożizzjonijiet ċari u trasparenti dwar il-kejl u l-verifika tal-iffrankar iggarantit miksub, kontrolli tal-kwalità u garanziji.
—
Dispożizzjonijiet li jiċċaraw il-proċedura biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet qafas li qed jinbidlu u li jaffettwaw il-kontenut u l-eżitu tal-kuntratt, jiġifieri l-prezzijiet tal-enerġija li qed jinbidlu u l-intensità tal-użu ta’ installazzjoni.
—
Informazzjoni dettaljata tal-obbligi ta’ kull parti kontraenti u tal-penali għall-ksur tagħhom.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|