+Artikolu 3 1

Artikolu 3 1

1.   L-objettivi ġenerali tal-Programm għandhom ikunu li:

(a)

jiġu żgurati l-forniment u d-disponibbiltà fit-tul fi ħdan it-territorju tal-Unjoni u madwar id-dinja ta’ aċċess mingħajr interruzzjoni għal servizzi tal-komunikazzjoni governattivi satellitari li jkunu siguri, awtonomi, ta’ kwalità għolja, affidabbli u kosteffettivi għall-utenti awtorizzati mill-gvernijiet, billi tiġi stabbilita sistema ta’ konnettività sigura u multiorbitali taħt kontroll ċivili u billi tiġi appoġġata l-protezzjoni ta’ infrastrutturi kritiċi, fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (27), l-għarfien tas-sitwazzjoni, l-azzjonijiet esterni, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-applikazzjonijiet li huma kritiċi għall-ekonomija, l-ambjent, is-sigurtà u d-difiża, u b’hekk jiżdiedu r-reżiljenza u l-awtonomija tal-Unjoni u tal-Istati Membri, u tiġi msaħħa l-bażi teknoloġika u industrijali tal-komunikazzjoni satellitari tagħhom, filwaqt li tiġi evitata dipendenza eċċessiva fuq soluzzjonijiet ibbażati mhux fl-Unjoni, b’mod partikolari għal infrastrutturi kritiċi u l-aċċess għall-ispazju;

(b)

jiffaċilitaw il-forniment ta’ servizzi kummerċjali, jew servizzi offruti lil utenti awtorizzati mill-gvernijiet bbażati fuq infrastruttura kummerċjali bil-kondizzjonijiet tas-suq, mis-settur privat f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, sabiex jiġi ffaċilitat, fost l-oħrajn, l-iżvilupp ulterjuri ta’ broadband b’veloċità għolja madwar id-dinja, u konnettività bla xkiel kif ukoll it-tneħħija ta’ żoni mejta għall-komunikazzjoni u ż-żieda tal-koeżjoni fit-territorji tal-Istati Membri, filwaqt li jitnaqqas id-distakk diġitali u jingħata kontribut, fejn applikabbli, għall-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.